Samuel, tifel li
tilef id-dawl t’għajnejh u li siefer 71 darba l-Ingilterra u l-Iżvizzera, jispjega li għalih l-importanti huwa l-karattru
tal-persuna u mhux kif tidher. Aħna fost oħrajn staqsejnieh dawn il-mistoqsijiet:
Samuel, li kieku jkollok għarusa ma tkunx tixtieq taraha?
Samuel, li kieku jkollok għarusa ma tkunx tixtieq taraha?
"Għalija mhux li tara lil xi ħadd b’għajnejk l-iktar ħaġa importanti għax tista’ tara lil xi ħadd b’għajnejk u tkun persuna sabiħa ħafna imma mbagħad meta ssir tafha, tinduna li din il-persuna tkun ħażina. Mela għalija aħjar jekk niġi għama għax nista’ niddeċiedi fuq il-karattru u mhux kif persuna kif tidher.”
Ftit taż-żmien
ilu mort tiekol f’restorant u kont ma’ xi ħadd li kellu kelb gwida u ma daħħalkomx. X’ħassejt dak il-ħin?
"Ħadtha naqra bil-kbira għax aħna kollha umani u sippost għandna d-drittijiet bħal kulħadd fid-dinja li mmorru nieklu. Kelb gwida f’xi każijiet huwa iktar iċċivilizzat minn xi nies imma apprezzajt li mbagħad l-maniġer tar-restorant skuża ruħu. Fil-ħajja aħjar tmur u taħfer milli toqgħod tagħmel bħal boycott u qatt ma terġa’ tmur hemm għaliex għalija l-boycotts mhumiex il-mod kif tirranġa l-affarijiet.”

Inti tħossok ta' ispirazzjoni?
"Le lanqas xejn. Nirringrazzja lin-nies li joqogħdu jgħiduli hekk imma jiena qed ngħid dak li sippost ikun jaf kulħadd għax li tapprezza ħajtek u tapprezza l-fatt li avolja għaddej minn xi affarijiet
diffiċli, għadek ħaj u għad għandek affarijiet li huma tajbin f’ħajtek, din
naħseb li sippost tkun xi ħaġa normali.”
Samuel, inti kellek tieħu deċiżjoni diffiċli. X'kienet?
"Kont l-ajruport u ommi staqsietni jekk
nixtiqx niġi għama u moħħi jibqa’ tajjeb jew jekk nixtiqx nibqa’ nara u jkolli
r-riskju li l-kanċer jibqa’ jikber u jikber sakemm fl-aħħar immut. Imbagħad ovvjament għażilt li niġi għama għax hemm affarijiet iktar
prezzjużi f’ħajtek biex toqgħod tinkwieta fuq għajnejk.
Biex tara l-mistoqsijiet li staqsejnieh, ara l-filmat ta' hawn taħt:
Biex tara l-mistoqsijiet li staqsejnieh, ara l-filmat ta' hawn taħt:
No comments:
Post a Comment