best deal

Tuesday, 25 April 2017

BIL-FILMAT: Felix u Daron jagħlqu sentejn 'miżżewġin'

Ritratt: Daron u Felix fil-ġurnata li ngħaqdu f'Unjoni Ċivili
Illum iż-żeffiena Felix u Daron għalqu sentejn magħqudin flimkien b'Unjoni Ċivili.


Ma' Xarabank Felix jgħid li "l-fatt li għalaqna sentejn hija xi ħaġa sabiħa. Aħna milniex sentejn flimkien imma ilni għoxrin sena." Ikompli jgħid li "nisperaw li ma nkunux biss f'unjoni ċivili imma l-pass li jmiss huwa li nkunu miżżewġin għax legalment huwa l-partner tiegħi u mhux ir-raġel tiegħi, u nisperaw li dan ikun il-pass għaqli għax aħna għandna d-dmirijiet u d-dritttijiet bħal kull koppja li hi miżżewġa." Jispjega li "fil-fatt ngħidu li aħna miżżewġin u ma ngħidux li aħna f'Unjoni Ċivili."

Felix jixtieq jgħaddi messaġġ lil Daron u jgħidlu "li dan kien pass naturali għalina għax il-fatt li t-tnejn li aħna ħadd minna ma ppropona huwa sinjal ċar li se nkunu ta' xulxin għal ħajjtina kollha sal-aħħar nifs u nixtieqlu mhux biss imħabba imma rispett u valuri fil-ħajja."


Xarabank tkellem ukoll ma' Daron u jitkellem ukoll dwar l-Unjoni Ċivili.  Jgħid li "hija xi ħaġa sabiħa li jiena nista' nkun 'normali' (għaliex lanqas inħobb ngħidha l-kelma normali) bħal ħaddieħor." Jgħid ukoll li "hija xi sabiħa ukoll li nista' nkun kburi b'ħajti u li nista' naqsamha ma' persuna oħra." Daron ukoll jistqarr imħabbtu lejn Felix u jgħid li "nħobbu daqs id-dawl t'għajnejja għaliex għalija jfisser id-dinja."

Xarabank kien ingħaqqad magħhom għal din iċ-ċelebrazzjoni u jekk tixtieq iġġedded din il-memorja tissuġġerilek li tara l-filmat t'hawn taħt:





No comments:

Post a Comment