best deal

Saturday, 8 April 2017

BIL-FILMAT: Il-familja kollha tiegħu tmut f'kwarta


Ritratt: Antonino flimkien ma' ibnu
Wara li tilef lil missieru, lil oħtu u liż-żewġ neputijiet, Antonino jispiċċa jitla' l-Ingilterra b'ibnu li joħroġlu tumur f'moħħu.


Ma' Xarabank, Antonino jispjega li meta seħħ it-terremot fl-Alluvione f'Messina, il-familja tiegħu kienet hemmhekk. Jgħid li "kienet għamlet ħafna xita tant li waqgħet biċċa minn muntanja li spiċċat kaxkret diversi djar u l-ewwel żewġt idjar kienu ta' ommi u ta' missieri." Jistqarr li "dan f'kwarta kaxkar lil missieri, lil oħti u liż-żewġ neputijiet ta' sentejn u ta' sitt snin." Iżid jgħid li "sibniehom fit-tajn. Wara tlettax-il jum sibna lin-neputijiet, wara tlett ijiem lil missieri u wara ħamest ijiem instabet oħti."Iżid jgħid li "sibniehom seba' metri ġot-tajn u rajt id in-neputi tiegħi." Jistqarr li "hija weġgħa kbira u li hija indeskrivibbli."

Isostni li wara din it-traġedja "ħsibt li ma jistax jiġrili xi ħaġa agħar imma s-sena l-oħra t-tifel tiegħi nstablu tumur f'moħħu f'għeluq sninu." Iżid jgħid li "fi żmien tmint ijiem tlajna l-Ingilterra, fejn għamel operazzjoni u tawh trattament ta' kważi sena." Jistqarr li "aħna konna se nitilgħu għal tliet ġimgħat u ħsiebna li se ninżlu wara l-operazzjoni iżda wara ħamest ijiem qalulna li kien tumur u li kien aggressiv, u ridna nibqgħu hemm." Jistqarr li "però llum ma nistax ingerger, anzi veru kuntent li qegħdin lura u qed narah jikber,"

Dwar Puttinu, Antonino jispjega li "huwa indeskrivibbli u imprezzabbli għaliex kien familja ta' għajnuna u tana sapport kbir, u allaħares ma kienx hu."

Ara l-filmat hawn taħt:

Ritratt: Mario Mintoff

No comments:

Post a Comment