![]() |
Ritratt: Missier Brandon Pace |
Illejla waqt Xarabank tkellmu għall-ewwel darba Donna u Silvio, li huma oħt u missier Brandon Pace, il-ġuvni ta' 21 sena li nqatel nhar il-Ħadd li għadda wara argument fil-Ħamrun.
Missier Brandon kien il-ħabs meta ġara l-inċident u jirrakkonta kif Donna ċemplitlu biex tgħidlu li kienu qatlu lil ibnu. Bid-dmugħ f'għajnejh qal li dak il-ħin ma setax jemmen dak li kien qiegħed jisma'.
Waqt l-intervista Silvio qal li għaxar minuti biss qabel ma nqatel ibnu kien għadu kif qed jitkellem miegħu fuq il-linja.
Missier Brandon kien il-ħabs meta ġara l-inċident u jirrakkonta kif Donna ċemplitlu biex tgħidlu li kienu qatlu lil ibnu. Bid-dmugħ f'għajnejh qal li dak il-ħin ma setax jemmen dak li kien qiegħed jisma'.
Waqt l-intervista Silvio qal li għaxar minuti biss qabel ma nqatel ibnu kien għadu kif qed jitkellem miegħu fuq il-linja.
Silvio qal: “Ħaduli ħajti imma nixtieq ngħid
ukoll li jiena żbaljajt kemm-il darba u ħafna min-nies li għamiltilhom il-ħsara
ħafruli, u għalhekk minn hawnhekk nixtieq li pubblikament ngħid illi minn qalbi
naħfer lin-nies li qatlu lil ibni.”
Temm jgħid: "la ġiet l-opportunità nixtieq nirringrazzja
lill-uffiċjali u d-direttur tal-ħabs għax verament ħadu ħsieb u lis-sezzjoni tan-nisa kif ukoll lill-priġunieri l-oħra li għamlu ġabra biex xtraw il-fjuri għat-tifel."
![]() |
Ritratt: Donna Pace |
"Rajtu jilletika magħhom mill-gallarija u nżilt. Żammejtu, qbadtu minn qaddu u għedtlu: “Tiġġilidx” u wara li qala’ l-aħħar daqqa, żamm mal-ħajt, rikeb l-għatba, waqa’ fl-art, ġbartu, tfajtu fuq saqajja u għedtlu: “Brandon tħallinix waħdi” u ħa l-aħħar nifs u telaq.” Isostni li “ma nistax naċċetta l-fatt li miet f’idejja u nistennieh ikellimni u ma jkellimnix."
![]() |
Ritratt ta' Mario Mintoff |
Donna qalet li dawn huma mumenti diffiċli ħafna għall-familja u qalet li t-tifla tagħha, li l-għada tal-qtil kellha l-birthday, qaltilha: "Mummy ma rridx rigal tal-birthday, tixtrili xejn għax li ma narakx tibki jkun l-isbaħ rigal għalija."
Donna qalet li t-tifla tagħha twieldet tmien snin ilu, u dakinhar kienet id-Duluri. Tgħid: “Ħsibt li waħda mill-iktar affarijiet sbieħ li qatt ġratli hi li twieldet it-tifla fid-Duluri u li sirt omm, imma din is-sena kiefra wisq.” Tkompli tgħid: "Jum id-Duluri ta’ tmien snin ilu ma ninsiehx imma l-jum id-Duluri ta’ tmien snin wara ma ninshiex lanqas.”
Fil-programm Donna stqarret li temmen li min iġġieled, ma marx biex joqtol lil ħuha. Tistqarr li hi rrabjata għal min qatlu imma ttemm tgħid li maż-żmien għad tasal taħfer anke lil min qatel lil ħuha.
Ara l-filmat hawn taħt:
![]() |
Ritratt ta' Mario Mintoff |
No comments:
Post a Comment