best deal

Saturday, 29 April 2017

BIL-FILMAT: "Rajt l-X-ray u ġġennint" - Claudia Faniello

Ritratt: Claudia u Ryan
Ryan Magro, il-kitarrist ta' Claudia Faniello, ftit li xejn qiegħed jara, wara li qala' daqqa ta' tazza f'għajnu waqt il-ħidma tiegħu.


F'Xarabank, Ryan jispjega li l-inċident seħħ mhux sforz ta' ġlieda imma meta kien qed ipejjep sigarett. Jgħid li "għamilt operazzjoni u issa tiela' għal oħra u bħalissa ftit li xejn qiegħed nara."

Claudia li kienet preżenti fl-iktar mumenti importanti ta' Ryan, fosthom meta żżewweġ u meta kellu t-tifla, tistqarr li dakinhar tal-inċident kienet Londra. Tispjega li "jiena ġġennint għax lanqas kieku kont hawn ma kien ħa jkolli kontroll imma almenu kont inkun viċin tiegħu, tal-banda u tal-familja tiegħu."

Tistqarr li "lili ma riedu jgħiduli xejn għax kont għadni kemm nasal Londra, l-ewwel post li mort inżur b'rabta mal-Eurovision." Iżżid tgħid li "fil-fatt lanqas sħabi ma tkellmu xejn fuq iċ-chat li għadna u ħadd ma qal xejn." Tirrakkonta kif saret taf bl-inċident u tgħid li "rajt fuq Facebook il-post tal-martu u rajt l-x-ray, u ġġennint." Tkompli tgħid li "wara ċempilt Malta, ipprovajt inċempel lill-membri oħra tal-banda u ċempilt ukoll lil ommu."

Claudia ttemmet tgħid li huma jinsabu madwar Ryan fil-perjodu diffiċli li għaddej minnu u ssostni li huwa raġel gwerrier.

Tista' tara l-filmat hawn taħt:

No comments:

Post a Comment