![]() |
Rennie flimkien man-neputi tiegħu Ben |
Ben huwa t-tieni
neputi ta’ Rennie, il-persuna li ħmistax-il sena ilu ħolom u ħoloq Puttinu.
Filwaqt li huwa magħruf ma’ kulħadd bħala persuna li joffri sapport kontinwu
lill-familji Maltija li telgħu għall-kura l-Ingilterra, Rennie ġie
bżonn Puttinu wkoll.
Minħabba problemi serji f'qalbu, Ben jagħmel operazzjoni serja fl-Ingilterra.
F'Xarabank, Rennie jsostni li "aħna bħal kulħadd; għandna t-tbatijiet u slaleb tagħna bħal kulħadd u Puttinu hu għal kulħadd."
Omm Ben tispjega li “stajt nitilfu hux imma llum ngħid li huwa iktar speċajli u għall-grazzja t’Alla qisu m’għandu xejn.” Tistqarr li “ta’ tarbija diġà għamel xi ħaġa kbira għax irnexxielu jegħlibha.”
Għal ommu u missieru, Ben ifisser “kollox u ngħixu għalih.”
Tispjega li “meta narah rieqed ikun qisu Bambin u nibda ngħid possibbli kien
fuq dik is-sodda mimli wires u
affarijiet.” Omm Ben tisqarr li “kulma
nixtieq huwa li t-tifel jibqa’ b’saħħtu għax mill-operazzjoni sa issa għadu
tajjeb.”
Sandro, in-nannu
l-ieħor ta’ Ben jispjega kif “fit-3 ta’ Frar siefruh, fis-6 operawh u erbat ijiem wara, fl-10 ta’ Frar, beda jistejqer u qisu reġa’ twieled mill-ġdid.”
Iżid jgħid li “dakinhar li ċemplitli binti kont qiegħed xi mkien ma nafx eżatt fejn, u meta qaltli lil Ben neħħewlu l-magni, il-pajpijiet u qed jistejqer,
lanqas ridt nemmen.”
Ara l-filmat hawn taħt:
Ritratt tal-faċċata: Mario Mintoff
Ara l-filmat hawn taħt:
Ritratt tal-faċċata: Mario Mintoff
No comments:
Post a Comment