![]() |
Ritratt: Henry |
Iċ-ċkejken Henry
kien f’xifer il-mewt diversi drabi. Huwa twieled b’kundizzjoni rari ħafna.
Waqt li binha
marad serjament, ommu jaqbadha kanċer ukoll. Tgħid: “Fl-istess ħin li kont għaddejja bil-kimoterapija, it-tifel kellu jagħmel ħames operazzjonijiet.”
Waqt li kienet
marida bil-kanċer, Henry qaleb għall-agħar u riedu joħduh l-Ingilterra b’emerġenza.
Lil ommu ma ħallewhiex tmur miegħu fuq l-ajruplan u tispjega li “t-tabiba
qaltli li rrid noqgħod hawn minħabba li kont fuq il-kimoterapija u ma stajtx
niċċaqlaq.”
B’għafsa ta’ qalb tistqarr: “lanqas nista’ nispjegalek x’ħassejt dak il-ħin.”
B’għafsa ta’ qalb tistqarr: “lanqas nista’ nispjegalek x’ħassejt dak il-ħin.”
![]() |
Omm Henry tgħid
li “l-agħar kienet għar-raġel għax naħseb li kienet xi ħaġa ta’ barra minn hawn
għalih li jara lill-mara u lit-tifel ma jafx x’se jsir minnhom it-tnejn.”
Tirrakkonta li
filwaqt li kienu qed jippreparawhom għall-mewt ta’ binhom, tispjega li sa issa
Henry għadda minn disa’ operazzjonijiet. L-omm tistqarr il-weġgħa li tħoss qabel
kull operazzjoni u tgħid: “lit-tifel inbusu u ngħidlu bye, u ma nafx jekk hux se nerġa’
narah.”
![]() |
Henry flimkien ma' ommu u missieru |
Henry għandu
bżonn kilwa u issa wasal fi stat li ma jistgħux jistennew iktar, u ftit ġranet
oħra ħa jitla’ l-Ingilterra għal operazzjoni serja oħra.
Henry jgħidilkom
grazzi tal-għajnuna li se tagħtu bid-donazzjoni tagħkom.
Hawn taħt tista' tisma' lil Henry jitkellem.
No comments:
Post a Comment