best deal

Monday, 17 April 2017

BIR-RITRATTI: Taqa’ karozza fl-Aħrax tal-Mellieħa



AĠĠORNATA (13:06): Mill-informazzjoni li għandna huwa raġel u jidher li tilef ħajtu. Membri tal-Protezzjoni Ċivili għadhom fuq il-post jipprovaw joħorġu l-vittma.







AĠĠORNATA (12:36): Daqs 100 metru minn fejn waqgħet il-karozza hemm roqgħa li fiha hemm xi nies jikkampjaw. Aħna qed nitkellmu man-nies li qed jikkampjaw u qalulna li huma ma raw xejn u ma ndunawx li waqgħet il-karozza. Però kien hemm 2 persuni li milli qed nifhmu aħna wkoll kienu qed jikkampjaw. Dawn il-persuni kienu viċin l-irdum, raw il-karozza u rrapportaw lill-Pulizija.

Qabel:

Karozza waqgħet mill-irdumijiet fl-Aħrax tal-Mellieħa.



Qed jingħad li fil-karozza hemm minn tal-inqas persuna waħda.

Bħalissa għaddejja ħidma ta’ salvataġġ mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mit-tim mediku u mir-Rapid Intervention Unit.


Iktar dettalji fil-ħin li ġej. 







Ritratti: Mark Laurence Zammit

No comments:

Post a Comment