Christina
Magrin, it-tifla li s-sena l-oħra rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision
Song Contest, kisbet l-ogħla marka fl-aħħar eżami tat-Trinity College ta’
Londra.
Christina hija l-iżgħar tifla li qatt poġġiet għall-eżami tal-Grade 8 Rock & Pop Vocals li sar f’Ġunju li għadda u lbieraħ ngħatat ċ-ċertifikat u l-premju talli kisbet l-ogħla marka.
Ma’ Xarabank.com.mt, Christina tispjega li “kont qiegħda għand
in-nanna u kont għadni kemm ġejja mill-iskola meta sirt naf.” Tirrakkonta kif
“Rachel u ommi huma l-vocal coaches tiegħi u huma
kienu diġà jafu bir-riżultat. Imbagħad Rachel ċemplet lil ommi u hija
qaltli li ġibt l-ogħla marka fl-aħħar eżami.”
Tispjega
li “tgħidx kemm werżaqt malli qaltli u kont ferħana għax kont ilni naħdem għal
dan l-eżami.” Tistqarr li “dik is-sena kelli naħdem u nipprepara wkoll għall-Malta
Eurovision Song Contest li sar f’Lulju li għadda u dan l-eżami sar f’Ġunju.”
Christina
tgħid “li nirringrazzja lill-mamà, lil Rachel, lil familti tas-sapport kollu li
tawni waqt dan il-vjaġġ u lill-poplu Malti u Għawdxi talli ssapportjani waqt
il-Junior Eurovision.”
No comments:
Post a Comment