![]() |
Ritratt: Kylie u Hayley |
Kylie tbati minn
kundizzjoni rari ħafna. Din il-kundizzjoni taffettwa lil persuna minn kull żewġ miljun ruħ.
Kylie kellha 6 snin,
meta oħtha Hayley ta’ sentejn tatha l-mudullun. U tista' taħseb kif kienet ommhom, l-isptar, biż-żewġ uliedha t-tnejn qed jagħmlu operazzjoni serja fl-istess ġurnata.
Ilejla waqt Xarabank ommhom tgħid: “Meta sirna nafu li kellha bżonn trapjant, kellna nsibu
donatur, u fil-fatt kienet oħtha stess, li dak iż-żmien kellha sentejn.” Iżżid tgħid li
“bis-saħħa tagħha ġiet imfejqa.”
Kylie kellha
bżonn ukoll trapjant tal-fwied. L-omm tistqarr li “dik il-ħaġa li tgħidli mummy muġugħa u ma tista’ tagħmel xejn,
kerha.” Tispjega li “ħlief nagħfasilha u nżommilha jdejha, ma nista’ nagħmel xejn iktar.” Iżżid tgħid li
kienet muġugħa u dik il-ġurnata ninsieha rrid.
![]() |
Ritratt: Kylie |
Darba Kylie qalet lil ommha: “Imma jiena x’għamilt ħażin biex ġrali hekk? Qgħadt pastaża? Imma
għalfejn ġrali hekk?"
Fl-Ingilterra,
Kylie qalbet għall-agħar u daħħluha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. L-omm
tispjega li t-tobba “jiġu jgħidulek li ma nafux jekk se tqumx bi problemi f’moħħha.
Qisek dik il-ħaġa li tistenna, tistenna sakemm tqum naħseb li hi l-agħar ħaġa.”
Kylie damet disat ijiem biex qamet. L-Ingilterra damu aktar minn sena biex Kylie tingħata l-kura. Dwar dan l-omm tgħid li “minn ġimgħa għal ġimgħa tistenna li jgħidulek li kollox sew, tista’ tinżel.”
Kylie damet disat ijiem biex qamet. L-Ingilterra damu aktar minn sena biex Kylie tingħata l-kura. Dwar dan l-omm tgħid li “minn ġimgħa għal ġimgħa tistenna li jgħidulek li kollox sew, tista’ tinżel.”
“Uliedi huma kollox, huma ħajti,” tgħid l-omm. Illum Kylie qed tagħmel progress kbir u miexja ’l quddiem.
Is-sena l-oħra
Kylie ma setgħetx tkun f’Xarabank għall-ġbir b’risq Puttinu u l-omm tispjega li
“konna rajnieh mill-Ingilterra u Kylie kienet veru kburija turi lill-infermiera
l-programm, tant li kull infermiera li tidħol kienet tgħidilhom li huwa
l-programm li jiġbru 'għal tfal bħali.'”
![]() |
Kylie u Hayley flimkien ma' ommhom |
Tista' l-filmat hawn taħt:
No comments:
Post a Comment