best deal

Wednesday, 12 April 2017

Dawn il-frażijiet kienu jistudjawhom it-tfajliet fin-1950s, u se jġibulek għajnejk wara widnejk


Dawn huma siltiet minn ktieb li kienu jistudjaw minn fuqu l-bniet waqt il-Home Economics fin-1950s. It-titlu huwa "Tips to look after your husband."

"Ippjana l-ikla ta' filgħaxija minn qabel, jekk jista' jkun mil-lejl ta' qabel, ħalli tlestilu ikla tajba fil-ħin. Ħafna rġiel ikunu bil-ġuħ x'ħin jaslu d-dar mix-xogħol, u ikla tajba u lesta fil-ħin hija eżatt xi jkollhom bżonn."

"Meta jasal id-dar ara li jkollok xarba tajba u sħuna lesta għalih. Irranġalu l-imħadda u offrilu li tnezzagħlu ż-żarbun. Tkellem b'vuċi baxxa u pjaċevoli ħalli jkun jista' jirrilassa."


"Importanti li tidher friska meta jasal id-dar. Irranġa l-make-up, u ara li tidher ferħana meta jasal. Tinsiex li għadu kif ġie minn ġurnata iebsa x-xogħol."

"Ara li ma jkunx hemm imbarazz id-dar. Dur dawra tal-aħħar mad-dar qabel jiġi, iġbor il-kotba tal-iskola, toys, karti, eċċ. Imbagħad imsaħ l-imwejjed, ħalli meta jasal, ir-raġel iħossu li daħal f'post ta' mistrieħ u ordni."

"Ipprepara lit-tfal. Aħsel idejn u wiċċ it-tfal, irranġalhom xagħarhom, u jekk hemm bżonn, biddlilhom il-ħwejjeġ ħalli meta jiġi jsibhom sbieħ."

"Tilqgħux id-dar bil-problemi jew bit-tgergir. U tgergirx jekk ġie tard għall-ikel. Tinsiex li dan mhu xejn għal ħdejn il-problemi li għadda minnhom matul il-ġurnata."

"Isma' lilu. Jista' jkun li għandek affarijiet importanti x'tgħidlu, imma l-mument li jasal mhuwiex il-ħin ta' dawk l-affarijiet. Ħalli lilu jitkellem l-ewwel."

"Qatt tgerger jekk ma jieħdokx tiekol barra jew ma toħorġux. Minflok, ifhem li hu jgħix f'dinja ta' stress u pressjoni kbira, u meta jasal id-dar irid jistrieħ."



Dawn is-siltiet huma meħudin minn ritratt ta' paġna minn ktieb li kienu jistudjaw minn fuqu l-bniet aktar minn 50 sena ilu, u bħalissa qed idur fuq l-internet.

Naturalment, dawn il-frażijiet xejn ma niżlu tajjeb man-nies tal-ġenerazzjoni tagħna, l-aktar man-nisa. Ħafna kkritikaw bl-aħrax tagħlim bħal dan u qalu li mn'Alla m'għadniex ngħixu f'dak iż-żmien fejn il-mara kienet trattata bħala "skjava tar-raġel."

Oħrajn għoġbuhom dawn il-frażijiet, u qalu li dak li kienu jistudjaw il-bniet f'dak iż-żmien kien tajjeb, u huwa ħasra li m'għadhomx jistudjawh illum ukoll.

Int x'taħseb? X'jidhirlek minn dal-kliem? Ikkummenta hawn taħt!

3 comments:

  1. Allura issa kemm ir ragel u l Mara jridu jiehdu pacenzja b xulxin .

    ReplyDelete
  2. Dak iz zmien kien irragel biss li johrog fid dinja tax xoghol allura kiex xieraq u possibli dak l atteggament min naha tan nisa. Issa li jahdmu it tnejn hafna drabi ma jistawx jistennew lil xulxin ghax gieli lanqas biss jiltaqaw. Illum hlief reba ghal flus u l lussu ma fadalx.

    ReplyDelete
  3. Qed niehu gost li rajt dal post. Qed niehu gost l-ghaliex issa nistaw nippubblikawhom u nghallmuhom lil bniet kif ukoll lis- Subien. Nahseb hemm lwok fejn nzidu xi ftit policies u procedures ohra ma dawk diga eziztenti la darba ir-rwol tal-mara kif wkoll tar-ragel, ftit ftit qed jersaq lejn l-ugwaljanza. JEW??

    ReplyDelete