Ilbieraħ ġie
rrapportat li l-Qorti talbet lid-Dwana teqred 4,800 żarbun sportiv għaliex
huma żraben foloz. Kienet il-kumpanija
Reebok International Limited li ressqet rikors ħalli dawn iż-żraben ma jinbigħux
fis-suq.
Iż-żraben kienu
daħlu f’Malta fl-10 ta’ Diċembru li għadda u fit-30 ta’ Jannar 2017 u nstabu
wara li l-uffiċjali tad-Dwana eżaminaw żewġ kontenituri u ħareġ li kienu
ffalsifikati. Għaldaqstant, il-Qorti talbet lid-Dwana biex dawn iż-żraben
jinqerdu fi żmien 90 ġurnata.
Qarrejja ta’
Xarabank tkellmu magħna u qalulna li “hija ħasra li dawn iż-żraben se jinqerdu.
Li kieku dawn iż-żraben kienu għadhom iridu jsiru, l-istorja kienet tkun
differenti imma dawn ġa saru!” Spjegawlna li “dawn għandhom jingħataw
lill-karità jew inkella jsir irkant u l-flus li jinġabru jmorru għal diversi
djar tat-tfal jew iż-żraben stess jingħataw lil persuni fil-bżonn.”
Ritratt: Gear Patrol
No comments:
Post a Comment