Ġieli kont waqt eżami u ma stajtx tiftakar xi studjajt? Jew ġieli kont f'sitwazzjoni fejn tistudja xi ħaġa u tinsa ta' qabilha? Jew forsi ġejt f'sitwazzjoni fejn tistudja kemm tistudja, xorta tmur ħażin fl-eżamijiet? L-ewwel nett, kun af li mintix waħdek. Ħafna studenti Maltin jiġrilhom l-istess, u din il-ħaġa, tant hi komuni, li hemm grupp ta' studenti Maltin li ħolqu invenzjoni li tista' tagħmillek il-ħajja tal-istudju aktar faċli, għax tgħinek iżżomm aktar informazzjoni f'moħħok.
L-invenzjoni li ħolqu hija sistema ta' flashcards, għax minn studju li għamlu sabu li meta tistudja l-affarijiet f'sentenzi qosra, bi stampi, u b'fonts addattati, moħħok jirnexxilu jiftakar aktar informazzjoni. Is-sistema tal-flashcards tagħmilha faċli għall-moħħ tal-bniedem li jara biċċa informazzjoni ċara, waħedha, fuq karta, u mhux imdawra b'eluf ta' kliem oħra ġo ktieb oħxon, u għalhekk, jirreġistraha b'mod aktar ċar. U dan jagħmilhielek aktar faċli li tiftakarha waqt eżami u għalhekk tmur aħjar fl-eżamijiet u ġġib marki aktar għoljin.
Dan il-grupp ta' studenti jistudjaw fil-Kulleġġ ta’ De La Salle u daħlu f’kompetizzjoni bl-isem ta’ Young Enterprise, li bis-saħħa t’hekk irriżultat f'dan il-proġett.
Young Enterprise hija intrapriża li tniedi kompetizzjoni li ssir kull sena fejn tagħti l-opportunità lil żgħażagħ li jkunu qed jistudjaw, biex ikunu imprendituri u joħolqu kunċett jew prodott ġdid li jista’ jinbiegħ u finalment jikkompetu fis-suq bl-istess prodott li jkunu vvintaw.
Dawn l-istudenti saħansitra ffurmaw il-kumpanija tagħhom, u ftehmu fuq irwoli differenti li taw lilhom infushom fit-tmexxija tal-kumpanija. Fost l-oħrajn, jiġifieri, hemm id-direttur tal-finanzi, id-direttur tar-Riżorsi Umani u karigi oħra li jkollha kwalunkwe kumpanija oħra.
Dan il-grupp ikkrea pakketti differenti ta' flashcards b'suġġetti varji fosthom tal-Matematika, Ingliż, Literatura u Grammatika tal-Malti, Bijoloġija, Kimika, Fiżika, Ekonomija, Accounts, u Computing.
Però l-aktar impressjonanti huwa pakkett ta' flashcards li għamlu għal persuni li għandhom id-Dyslexia. Jiġifieri dan il-proġett huwa speċifikament iddisinjat biex studenti li għandhom id-Dyslexia jkunu jistgħu jistudjaw aħjar.
U apparti li l-idea kollha hija brillanti, dawn l-istudenti qed jagħtu parti mill-qliegħ lid-Dyslexic Dialogue Malta u kif ukoll għall-Young Enterprise.
Però l-aktar impressjonanti huwa pakkett ta' flashcards li għamlu għal persuni li għandhom id-Dyslexia. Jiġifieri dan il-proġett huwa speċifikament iddisinjat biex studenti li għandhom id-Dyslexia jkunu jistgħu jistudjaw aħjar.
U apparti li l-idea kollha hija brillanti, dawn l-istudenti qed jagħtu parti mill-qliegħ lid-Dyslexic Dialogue Malta u kif ukoll għall-Young Enterprise.
Dawn il-flashcards qed jinbiegħu minn fuq il-website li kreaw dawn iż-żgħażagħ stess, u ta' min wieħed jgħid li l-bejgħ ta' dawn il-cards ser jieqaf f'April minħabba regolamenti tal-kompetizzjoni. Jiġifieri jekk trid pakkett minn dawn il-flashcards, issa ċ-ċans!
Din il-kompetizzjoni finalment laqgħet ħafna żgħażagħ li flimkien kellhom l-esperjenza li jimplimentaw dak li jkunu qed jistudjaw fid-dinja tax-xogħol u li bis-saħħa t’hekk ġew kreati prodotti ġodda li jistgħu jagħmlu differenza fis-soċjetà Maltija.
No comments:
Post a Comment