
Il-ġurnalist tal-BBC, Chris Packam mistenni jitressaq il-Qorti t’Għawdex wara li ġie akkużat li aggredixxa żewġ nassaba.
Permezz ta’ filmat fuq Twitter Chris allega li għamel sagħtejn arrestat f’għassa tal-Pulizija f’Għawdew u li se jitressaq il-Qorti l-Ħamis b’rabta mal-akkuża miġjuba kontrih.
Filwaqt li huwa ċaħad li għamel hekk, stqarr li allegatament il-Pulizija mbuttawh it-triq
kollha. Żied jgħid li Malta huwa post fejn tipponta subgħajk lejn xi persuna għax
taħseb li huwa suspettat u dan jispiċċa l-Qorti.
Fi tweet oħra Chris indirizza lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lis-Segretarju Parlamentari
għad-Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes u staqsihom x’azzjoni ħadu dwar
iż-żewġ nassaba. Din il-mistoqsija weġibha huwa stess billi qal li aktarx m’għamlu xejn.
Chris Packham kien ħadem ħafna biex jikxef l-insib illegali f'Malta u f'Għawdex tant li kien qajjem kontroversja xi snin ilu għad-dokumentarju Massacre on Migration fejn xi wħud qisuh li kien eseġerat.

Tista' tara l-filmat hawn taħt:Chris Packham kien ħadem ħafna biex jikxef l-insib illegali f'Malta u f'Għawdex tant li kien qajjem kontroversja xi snin ilu għad-dokumentarju Massacre on Migration fejn xi wħud qisuh li kien eseġerat.

Malta ! You point out suspected criminals to the police . . . and you end up in court ! Please RT and begin baking cakes ! #stoptheslaughter pic.twitter.com/HDBQ2ec6Qp— Chris Packham (@ChrisGPackham) April 18, 2017
No comments:
Post a Comment