“Ma tani l-biki meta qaluli li l-lift
ma jitlax sat-tieni sular.”
Dan kien il-kliem ta’ omm tifel ta’ 15-il
sena li juża s-siġġu tar-roti. Ma’ Xarabank.com.mt l-omm tispjega “li t-tifel
kellu ħarġa fi skola li tinsab Ħad-Dingli.” Tgħid li “ma kellux problema biex
jitla’ l-ewwel sular għaliex għamel użu mil-lift.” Però b’dispjaċir tgħid li
“l-lift ma jitlax sat-tieni sular u allura t-tifel kellu jitla’ t-taraġ għarkupptejh
biex ikompli bil-ħarġa.”
Tispjega li “t-tifel qalilha li tah il-biki
meta qalulu li l-lift ma jitlax sat-tieni sular u spjegalha wkoll li
l-iskola mhijiex waħda antika anzi li hija ġdida fjamanta.” Spjegat li
“meta kien l-primarja wkoll kien hemm problema ta’ aċċessibbiltà fl-iskola li
kien imur hu għax ma kienx hemm lift u kien jieħu dawra itwal biex jasal
f’ċerti postijiet.” Iżid tgħid li “wara li telaq ibni għamluh il-lift u
wara rrealizzajt li kieku għamiltilhom ftit pressjoni kienu jagħmluh. Għalhekk
l-iskejjel ġodda kollha għandu jkollhom lift.”
Barra minn hekk tispjega li “meta kien
iżgħar u kien ikollu xi ħarġa ma’ tal-iskola kemm-il darba kien jgħidli li ma
telax f’ċerti postijiet għax ma kienx hemm lift.” L-omm isostni li “min
jorganizza dawn il-ħarġiet għandu jiċċekkja qabel jekk hemmx aċċessibbiltà u
mhux tasal il-ġurnata tal-ħarġa mbagħad ibni jispiċċa ma jkunx jista’ jmur
f’ċertijiet postijiet.”
Isostni li “jiena mhux qed nitkellem għat-tifel tiegħi
biss imma għal tfal oħra għax ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk. Qegħdin fl-2017
u għadhom isiru dawn l-affarijiet inġusti u tal-mistħija.”
L-omm tistqarr li “jiddispjaċini għaliex
nagħmel dak kollu li huwa possibbli biex ibni jgħix ħajja normali u mbagħad
insib xi ħaġa bħal din li twaqqgħek ħażin.” Isostni li “l-għajta tiegħi hija
għall-awtoritajiet ikkonċernati biex jieħdu azzjoni u mhux wara li tinqala’
problema jistaqsu: “Issa x’ħa nagħmlu?” Tistqarr li “tfal bħalma hu t-tifel
tiegħi għandhom jiġu apprezzati u milqugħa kullimkien u minn kulħadd.”
Ghanda ragun biex tbieh din I'll Mara, skola gdida u bla lift, Tal mishija u kontra I'll ligi! Mela biex tiftah Hanut jew officu trid tkun accessible umbat skola gdida le?
ReplyDeleteGhanda ragun biex tbieh din I'll Mara, skola gdida u bla lift, Tal mishija u kontra I'll ligi! Mela biex tiftah Hanut jew officu trid tkun accessible umbat skola gdida le?
ReplyDelete