Matul dawn l-aħħar ġranet ħafna kienu dawk li tkellmu fuq is-sitwazzjoni li qed jgħixu fiha minn tal-inqas tlett iklieb f'post fi Triq l-Imsell, il-Qawra.
Fuq Facebook ħafna nies qalu li dawn il-klieb qed jgħixu f'dan il-post mimli ħmieġ, li minbarra jarmi riħa insapportabbli, miegħu qed iġib ħafna insetti.
Għaldaqstant, Xarabank tkellem mal-kelliema tal-Uffiċċju tal-Kommunikazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali dwar din is-sitwazzjoni. Filwaqt li l-kelliema kkonfermat li riċentament irċevew diversi rapporti ta' xi klieb li qed jgħixu f'post li mhuwiex xieraq fi triq imsemmija, hija naqset milli twieġeb meta u minn kemm-il persuna rċevew dawn ir-rapporti.
Meta mistoqsija jekk id-Dipartiment tal-Animal Welfare għamilx spezzjoni u x'sab, il-kelliema wieġbet li d-Dipartiment ħa azzjoni minnufih u spezzjona dan is-sit diversi drabi. Żiedet tgħid li minn din l-ispezzjoni nstab li l-klieb huma miżmumin tajjeb kif tirrikjedi l-liġi.
Dwar jekk id-Dipartiment ħax azzjoni wara din l-ispezzjoni, hija sostniet li ma ttieħdet l-ebda azzjoni għaliex ma kienx hemm bżonn li ttieħdet f'dan l-istadju.
Ritratt: Britt-Marie Nielsen
1
No comments:
Post a Comment