Fl-aħħar xhur fil-media Maltija feġġew diversi stejjer ta' mara ta' nazzjonalità Kroata li kienet tgħix Malta, u li fl-aħħar ftit snin irnexxielha tiffroda lil diversi Maltin. L-ammonti li rnexxielha tiffroda huma enormi u jgħoddu b'kollox eluf kbar ta' ewro. Issa, din il-mara ħarbet minn Malta bit-tifla tagħha Aurelia, u aħna tkellimna ma' missier it-tifla, Andreas, li jinsab inkwetat ħafna, l-ewwel nett għaliex din il-mara kellha ordni mill-Qorti biex ma toħroġx minn Malta, u t-tieni, għaliex it-tifla għandha kundizzjoni medika serja.
Andreas jgħix Malta mat-tifla l-oħra tiegħu, li tiġi l-oħt il-kbira ta' Aurelia, u minħabba li kien jaf bir-rekord kriminali tal-mara, għamel minn kollox biex ma jħallihiex titlaq minn Malta. Saħansitra rnexxielu jġib ordni mill-Qorti biex ma tkunx tista' titlaq mill-pajjiż.
Madanakollu, fl-1 ta' Marzu li għadda, sid il-kera fejn kienet qed toqgħod il-mara għarraf lil Andreas li mar u sab l-appartament vojt. U Andreas ilu jfittex lill-mara u lil bintu minn dakinhar.
Ma’ Xarabank, Andreas jispjega li l-mara ħarbet minn Malta bit-tifla ta' sena mingħajr ma kkonsultatu u jistqarr li bħala missier it-tifla prova jagħmel minn kollox biex ma jħallihiex titlaq, imma b'dispjaċir kbir u b'diżappunt fl-awtoritajiet Maltin jgħid li xorta rnexxielha taħrab.
Il-mara għandha diversi konvizzjonijiet f'pajjiżi differenti. Is-sena l-oħra ammettiet mal-Pulizija li f'Malta biss wettqet mhux inqas minn 12-il każ ta' frodi u fil-passat ġiet saħansitra deportata mill-Ġermanja fuq każijiet simili.
Xi ġimgħat ilu, fuq il-website tagħna xarabank.com.mt aħna wkoll konna ppublikajna l-istorja ta' intraprenditur żagħżugħ Malti li ngidem minn din il-mara wara li talbitu jorganizzalha party kbir li sewa eluf ta' ewro u baqgħet ma ħallsitu qatt. Fi drabi separati, xi gazzetti Maltin irrappurtaw li din il-mara kienet anke sakkret mara anzjana Serba u ġagħlitha taħdem mingħajr ma titħallas. Andreas jgħid: "Smajt ukoll li qed tiġi mfittxa mill-kredituri Serbi u Kroati għal xi reati oħra."

Però l-missier huwa l-aktar inkwetat għaliex bintu l-maħruba, li għad għandha biss sena, għandha kundizzjoni medika serja ħafna. Din il-kundizzjoni tikkrea żbilanċ fil-fluwidi tal-moħħ u twassal biex minn età żgħira, it-tifla tikbrilha rasha aktar min-normal.
Andreas jgħid li minħabba f'hekk, meta kienet għadha Malta, it-tifla kellha nanny li kienet tkun magħha 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Kienet saħansitra torqod ħdejha, mhux aktar minn metru ’l bogħod minnha. Dan għaliex ras it-tifla hija fraġli ħafna, u jekk taħbatha ma' xi mkien taf tkompli tħarbat il-fluwidi u tikkaġuna defiċjenza mentali għal dejjem, jew saħanistra, tista' tmut fi ftit sigħat.
Andreas jgħid li t-tifla għamlulha żewġ operazzjonijiet f'Mater Dei u suppost li tkun dejjem viċin tat-tim mediku tagħha, biex jekk jiġrilha xi ħaġa jkunu jistgħu jikkurawha mall-ewwel. Imma Andreas huwa nkwetat għall-mewt, għaliex issa li sfat maħruba ma' ommha, ma jafx fejn hi u ma jafx jekk hix qed tirċievi l-kura medika li tant għandha bżonn.
"Aurelia ma tistax issiefer jew tirkeb fuq vjaġġi twal, u jekk ikun hemm il-ħsieb li ssiefer, trid tiġi invistata minn qabel mit-tobba," isostni Andreas, li bħalissa jinsab inkwetat għall-aħħar minħabba bintu.

Meta staqsejna lil Andreas jekk jafx fejn tista' tkun bintu qalilna li m'għandux idea. "Il-passat
tagħha huwa mimli qerq, frodi u ma taċċettax ir-responsabbiltà tal-azzjonijiet
li tkun wettqet. Għandha tendenza li taħrab mill-problemi u mill-vittmi tagħha,” spjegalna Andreas. "Ippruvajt ngħinha tirranġa l-konsegwenzi tal-azzjonijiet li ħadet
fil-passat, u darba ħsibt li se taffaċċja l-affarijiet, imma
kont żbaljat.”
Andreas jisħaq
jekk il-mara rnexxielha taħrab minkejja li kellha ordni mill-Qorti “x’tama
għandna biex nipproteġu lit-tfal tagħna mill-predaturi?” U jżid jgħid: “Naf ukoll
li fl-2014, din is-sitwazzjoni diġà ġrat u ma tgħallimniex minnha."
"Ninsab imnikket, imbeżża' u nimmissja d-dawl ta’ ħajti,” qalilna Andreas. Filwaqt li stqarr li sab ħafna appoġġ u għajnuna mingħand in-nies u l-għaqdiet, qal li mhux se jistrieħ qabel jara lil bintu tirritorna d-dar qawwija u sħiħa.
Dan mhuwiex l-ewwel każ ta' dan it-tip li daħlilna fl-uffiċċju ta' Xarabank u bħalissa qed naħdmu fuq diversi każijiet ta' tfal li nħatfu minn wieħed mill-ġenituri u ttieħdu f'pajjiż barra minn Malta mingħajr permess.
Jekk inti għandek xi informazzjoni dwar il-każ ta' Andreas tista' tibgħat email direttament lil Andreas fuq teamaureliamalta@gmail.com.

'Three weeks have passed since we first began following the story of #aurelia. Through our contribution via Facebook together with the father #andreaswilgerdes, the support of #teamaureliamalta and several online communities around the world; we have reached more than 170,000 people, the campaign was shared over 2000 times as well as receiving 100’s of emails and messages of encouragement from people all over the world. Close to half of these people are actually from Malta.
ReplyDeleteThrough #aurelia's campaign and all our collective efforts, we truly understood that the safety and well-being of our children started a movement.
We hope that #aurelia is returned safely home to Malta to be with her medical team, family, and friends.
#teamaureliamalta is committed to return Aurelia back home to safety, and to ensure that this never happens again, to any other child in Malta.
Thank YOU.'
#aurelia #aureliamitra #anikadevilera #andreaswilgerdes #anikasljokavica #sproutingawareness #dmitarsljokavica #mladensljokavica #gustavovilera
#sproutmediamalta #sproutmediamalta
#SproutingAwarness
https://www.facebook.com/sproutmediamalta/photos/a.873015232775706.1073741828.782581518485745/1338834632860428/?type=3&theater