Ix-xufier tat-taxi li qal kliem oxxen lil missier tifel bil-kanċer u kliem iebes fil-konfront ta' Puttinu, illum mar għand Puttinu jiskuża ruħu u jwiegħed kull għajnuna li jista' jagħti lil Puttinu.
Għand Puttinu, dan ix-xufier tat-taxi tkellem ma' Rennie Zerafa. Ma' Xarabank, Rennie minn Puttinu Cares jispjega kif "ix-xufier bħalissa għaddej minn mument ħażin u għalhekk mhux xieraq li noqogħdu nikkundannaw." Iżid jgħid li "dan ix-xufier ġie għandna, hawn għand Puttinu, u wera d-dispjaċir sinċier tiegħu u beda jistaqsini f'hiex nista' ngħinkom." Rennie jispjega wkoll li "dan ir-raġel ma ssupervjax, ammetta li żbalja u jrid jgħin. Ilum inqis lil dan ir-raġel bħala eżempju."
Il-Ħadd li għadda ġie rrapportat kif xufier li kien mistrieħ
fil-karozza bil-bieba miftuħa u saqajha barra mill-karozza, qala' daqqa ta'
sieq wara li żewġ żgħażagħ li kienu qed jiġbru għal Puttinu u fis-saħna
tal-mument offenda lit-tfal morda bil-kanċer u lil Puttinu. Ġie rrapportat
ukoll li f'dak il-mument kien għaddej missier ta' tifel marid bil-kanċer u
ħassu urtat b'dan il-kliem. Ġurnata wara li xxandret din l-istorja fejn
il-missier spjega dak li kien qed iħoss, ix-xufier għamel apoloġija pubblika.
Ritratt: tvm.com.mt
No comments:
Post a Comment