
Aġġornata (14:57):
Ma' Xarabank kelliem għall-Pulizija qal li jidher li ma kien hemm ħadd ġewwa u ma ndarab ħadd. Żied jgħid li l-membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom biċċa xogħol għax in-nar kien qawwi u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aġġornata (09:36):
Il-fabbrika hija tar-riċiklaġġ.
Qabel:
Nirien qawwija ħakmu żona industrijali f'Ħal Far.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-5:30am. Qed jingħad li din iż-żona tintuża bħala scrapyard.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza.
Iktar dettalji fıl-ħin li ġej.
![]() |
Ritratt: Luke Borg Carbott |
Tista' tara l-filmat hawn taħt:
Ritratti: Reuben Cauchi
Filmat: Luke Borg Carbott
No comments:
Post a Comment