best deal

Friday, 14 April 2017

Ommu taqlagħlu għajnejh kuljum


Dan it-tifel jismu Quiven, u għandu 3 snin. Meta kellu biss 4 xhur, lil Quiven sabulu kanċer f'għajnu. U minħabba l-marda, tilef id-dawl f'dik l-għajn. Ftit wara, il-kanċer reġa' ħariġlu fl-għajn l-oħra, u t-tobba qalu lil ommu u lil missieru: "Jew jagħma għal kollox, jew imut." Illum Quiven ma jara xejn.
Omm u missier Quiven iddeċidew li jneħħulu anke t-tieni għajn, avolja kienu jafu li binhom se jagħma għal kollox. U hekk ġara. Quiven illum ma jara xejn, imma ommu u missieru kuntenti li għall-inqas, il-kanċer għaddielu u Quiven qed jgħix f'saħħtu.

"In-nies ġieli jarawni fit-triq u jgħiduli 'imma vera ma jarax? Tiħux għalik ta, imma xejn xejn xejn xejn ma jara? U jien ngħidilhom 'le xejn xejn,' għax jien għejnejh naqlagħhomlu kuljum biex naħsluhom," tispjega Karen, omm Quiven.

Għajnejn Quiven huma sintetiċi, u għalhekk ommu tneħħihomlu kuljum biex tkun tista' żżomhomlu ndaf.

Għalissa, għax għadu żgħir, Quiven jaħseb li kulħadd jaqla' għajnejh filgħaxija qabel ma jorqod. "Meta naqlagħhomlu jgħidli: 'tiegħek qlajthom mummy?' U jien ngħidlu 'iva qlajthom, sabiħ,'" tgħid ommu Karen. "Imma issa meta jikber ftit oħra jkolli ngħidlu li hu biss ineħħi għajnejh."

Waħda mill-aktar affarijiet li tweġġa' lil omm u missier Quiven hija li ma jistax jarahom.

"Nixtieq li almenu jarana darba tal-aħħar," tgħid Karen. U missieru jgħid: "Kieku nista', naqla' għajnejja u nagħtihomlu."

Fil-fatt, Johann, missier Quiven, kien diġà staqsa lit-tobba jekk jistax jagħmel dil-ħaġa, imma t-tobba qalulu li ma jistax.

Lil Quiven ilna nsegwuh għal dawk l-aħħar snin u dis-sena, issa li Quiven għama għal kollox, ommu tistqarr: "ma nimmaġinanix ngħix mingħajru u kuljum nirringrazzja lill-Mulej li bagħtu għandi." U tgħid: "Meta jkun hemm id-dlam id-dar, inħares lejh u ngħid 'ħajtu hekk hi...hu hekk biss jara.'"

Imma minkejja din l-istorja traġika, Quiven jibqa' jagħtina eżempju ta' kif ngħix b'kuraġġ kbir. Avolja ma jara xejn, Quiven qed jidra jgħix ħajja normali. Mimli enerġija, Quiven idur mad-dar kollha, jaf eżatt fejn huma l-affarijiet kollha, isibhom, isuq karozza tat-toys, joħroġ u jmur għand il-ġirien, u bil-mod il-mod qed jitgħallem jgħix bħal tfal oħra.

F'dan il-filmat tista' tara lil Quiven jitgħallem jgħix ħajja normali, minkejja li hu għami.


Quiven għadu qed jitla' l-Ingilterra għall-kura, u Puttinu għen ħafna lil Quiven. Jekk jogħġbok, illejla f'Xarabank ftakar f'Puttinu!

No comments:

Post a Comment