Friday, 14 April 2017
Qbiżna l-Miljun!
GRAZZI ĦAFNA...għaliex ftit tal-mumenti ilu waqt l-edizzjoni speċjali ta' Xarabank b'risq Puttinu għadna kemm qbiżna l-miljun ewro! Is-somma ntlaħqet wara li għaddew sagħtejn minn xħin beda l-programm.
Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, qed inxandru din l-edizzjoni speċjali ta Xarabank li fiha qed niġbru l-flus biex Puttinu jkun jista' jmantni l-flats li għandu f'Londra u jibni oħrajn, biex aktar familji Maltin ikunu jistgħu jsibu fejn joqogħdu meta jitilgħu l-Ingilterra għall-kura.
Eluf ta' nies ċemplu bit-telefown biex jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom, u mijiet ta' kumpaniji, għaqdiet, każini, negozji żgħar u familji qed iċemplu bi pleġġ ta' €300 jew aktar. Dawk li qed jippleġġjaw bi €300 jew aktar se jkollhom isimhom imnaqqax f'wieħed mill-flats ta' Puttinu f'Londra.
Nirringrazzjaw lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li taw donazzjoni fil-programm tal-lejla u nħeġġu lil dawk li għadhom ma ċemplux biex huma wkoll ikunu parti minn dan il-proġett ta' solidarjetà nazzjonali.
Jekk int diġà tajt id-donazzjoni tiegħek ikteb fuq Facebook u uża l-hashtags #puttinu #xarabank ħalli tħajjar oħrajn jagħmlu bħalek.
U jekk għadek ma tajtx donazzjoni, tista' ċċempel 51702006 biex tagħti donazzjoni ta' €15, jew 51802008 biex tagħti donazzjoni ta' €25, jew inkella ibgħat messaġġ fuq 50618939 biex tagħti donazzjoni ta' €6.99.
U jekk trid tagħti pleġġ ta' €300 tista' ċċempel lil Rennie, Angele u Dr Calvagnia fuq 21249200.
Ritratt tal-faċċata: Mario Mintoff
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment