best deal

Thursday, 6 April 2017

Raġel jinstab ġo żaqq ta' serp


Raġel ta’ 25 sena nstab ġewwa serp twil seba’ metri fl-Indoneżja. Is-serp kien it-tip ta’ ‘Boa Constrictor’ li fgah qabel ma belgħu sħiħ. 



Dak kollu seħħ matul il-lejl tal-Ħadd meta Akbar Salubiro ħareġ barra biex jiġbor xi żejt tal-palm iżda huwa ma rritornax lura.

Ħbieb, ġara u dawk li jiġu minnu inkwetaw meta l-għada sabu serp kbir fil-ġnien ta’ daru stess u r-raġel deher li seta’ kien ġo fih. Il-ġara tiegħu, Satriawan, kienet il-persuna li sabet lis-serp fil-ġnien. Il-mara ta’ Akbar, Munu, kienet barra mill-vilaġġ meta seħħ dan kollu u saret taf biss meta r-ritratti u l-filmati ta' żewġha dehru fuq l-aħbarijiet.

Is-segretarja tal-villaġġ Salubiro Junaidi jgħid li n-nies semgħu għajjat mill-post fejn seħħ l-inċident, fil-lejl ta’ qabel ma Akbar instab f’żaqq is-serp. Meta nstab is-serp, iż-żarbun li kien liebes il-vittma deher ċar ġewwa żaqqu. Resident tal-villaġġ uża sikkina biex jaqta’ l-ġisem għat-tul tas-serp u sabu lil Akbar bla ħajja. 

Kitba: Sarah Micallef

Ritratt tal-faċċata: dailymail.co.uk

No comments:

Post a Comment