best deal

Monday, 24 April 2017

"Sejjaħt lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni" - il-President ta' Malta

Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca
Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca sejħet kemm il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil. Dan wara li l-ġimgħa l-oħra ġie allegat mill-blogger u l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, hija s-sidt tal-kumpanija Egrant. Din l-allegazzjoni wasslet għal dibattitu bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni l-Ġimgħa li għadda waqt Xarabank.


Fi stqarrija l-President ta' Malta tispjega "li matul il-ġimgħa li għaddiet, segwejt bir-reqqa dak li kien qiegħed jiġri." Iżid tgħid li "wara li ħadt parir mingħand il-konsulenti kostituzzjonali tiegħi nhar is-Sibt, sejjaħ kemm lill-Prim Ministru kif ukoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni."
Tispjega li "kemm-il darba, il-poteri tal-President ta' Malta huma limitati mill-Kostituzzjoni nnifisha u jiena se neżerċita dawk il-ftit poteri li ġew mogħtija."
Tgħid li "f'dan l-istadju mhux se nkun qed nagħmel iktar dikjarazzjonijiet fuq din il-materja biex l-istituzzjonijiet indipendenti jagħmlu xogħolhom." Ittemm tgħid li "Malta hija demokrazija, u l-liġi trid tiġi osservata minn kulħadd.

No comments:

Post a Comment