best deal

Friday, 7 April 2017

“Spiċċajt b’ħames punti wara li waqajt f’toqba ta’ arblu”



Minn mixja li kienet qed tagħmel b’risq il-karità spiċċat b’ħames punti f’sieqha.


Ma’ Xarabank, mara li l-ġimgħa li għadda kienet qed tagħmel il-mixja li ttellgħet b’risq id-Dar tal-Providenza tispjega li “kont ippjanata li nagħmel il-mixja kollha miċ-Ċirkewwa sa Birżebbugia iżda ma stajtx inkompliha wara li weġġajt.”

Tirrakkonta kif “il-mixja kienet filgħodu u kont wasalt fi triq bejn l-Imġarr u l-Mosta, u mort biex naqsam ħalli nieħu flixkun ilma minn karozza li kienet armata fejn ir-roundabout u sieqi waqgħet f’toqba tal-arblu u tant kemm kienet fonda li mill-qasba ta’ sieqi ’l isfel kienet ġo fiha.” 



Tistqarr “li hekk kif seħħ l-inċident ħadt xokk speċjalment meta rajt id-demm ma’ sieqi.” Tispjega li “l-organizzaturi tawni l-għajnuna medika mbagħad ġew għalija tal-familja u ħaduni l-polyclinc ħalli ningħata l-kura.”



Tistqarr li “minbarra li spiċċajt b’ħames punti f’sieqi, spiċċajt ukoll bil-grif fuq is-sieq l-oħra u b’diversi pirmli minħabba l-uġigħ u l-infjamazzjoni.” Għalhekk hija ssostni li “huwa sens komun li la mhux qed jintużaw, dawn it-toqob għandhom jitgħattew għax huma ta' periklu għal kulħadd."

Ritratt tal-faċċata: Newsbook.com.mt 

No comments:

Post a Comment