AĠĠORNATA (21:27): Il-midja Żvediża tirrapporta li minn tal-inqas erba' persuni sfaw maqtula. Filwaqt li l-pulizija tistqarr li persuna waħda ġiet arrestata, ħarġet ukoll ritratt ta' raġel li nqabbad fuq CCTV u jidher li għandu rabta b'dan il-każ.
AĠĠORNATA (16:39) Il-Prim Ministru Żvediż Stefan Lofven qal li pajjiżu ġie attakk u kollox jindika li dan kien attakk terroristiku. Filwaqt li żied jgħid li ġiet arrestata persuna, ma ta ebda dettalji.
|
 |
Ritratt: BBC News
|
AĠĠORNATA (15:48): Xhieda fuq il-post qal li "hemm konfużjoni sħiħa. Ma nafx kemm indarbu nies imma ħafna jinsabu taħt xokk."
AĠĠORNATA (15:36): Minn tal-inqas tliet min-nies inqatlu wara li trakk baqa' dieħel f'maħżen f'Stokkolma.
Skont rapporti internazzjonali nstemgħu wkoll xi sparaturi.
 |
Ritratt: BBC News |
AĠĠORNATA (3:27): L-inċident seħħ ftit qabel it-15:00, fi Triq Drottininggatan, waħda mill-iktar toroq li fiha jimxu ħafna nies. Xhieda fuq il-post qalu li raw għadd ta' nies mixħutin mal-art.
QABEL:
Diversi nies sfaw midruba fl-Iżvezja.
Skont rapporti internazzjonali, vettura baqgħet dieħla fin-nies fil-belt kapitali ta' Stokkolma.
 |
Ritratt: Skynews |
Ritratt tal-faċċata: Reuters
No comments:
Post a Comment