Xarabank jerġa' jiġi ddikjarat bħala l-iktar programm segwit fost il-programmi kollha li jidhru fuq l-istazzjonijiet kollha f’Malta u Għawdex. Dan
jirriżulta minn stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li għadu kif ħareġ ftit ħin
ilu. Mill-istħarriġ joħroġ li bħala programmi, fit-tieni post ġie Strada
Stretta waqt li fit-tielet post X Factor. Imorru tajjeb ukoll id-drammi fuq TVM La Tħobbnix, Manuela u Inkwilini.
L-aħbarijiet ta’ Televixin Malta huma l-iktar aħbarijiet segwiti u
jirregistraw l-ogħla udjenzi u huwa fil-ħin tal-aħbarijiet tat-tmienja fuq TVM
li tkun irreġistrata l-akbar udjenza fil-ħinijiet kollha fuq l-istazzjonijiet
kollha f’Malta u Għawdex.
Mitlub jikkumenta, Peppi Azzopardi qal “nifirħu b’dan ir-riżultat fl-għeluq
tal-għoxrin sena ta’ Xarabank u nwiegħdu li nibqgħu nagħtu vuċi lin-nies kif
dejjem għamilna.” Azzopardi jappella għal nhar il-Ġimgħa:“Nhar il-Ġimgħa
għalina huwa importanti iktar minn kull stħarriġ għax Puttinu qed jagħmel ħafna u ħafna ġid. Puttinu ma jeżistix mingħajr il-ġenerożità tal-poplu Malti
u Għawdxi."
Ritratt: Mario Mintoff
No comments:
Post a Comment