best deal

Monday, 22 May 2017

3,536 tifel u tifla nieqsa


Fl-2016 Amber Alert Europe mmarkat 29 Amber Alert għal 33 tifel u tifla fl-Ewropa. 32 tifel u tifla nstabu, b'83% minnhom jinstabu f’24 siegħa.
Amber Alert hija sistema li tgħin lill-Pulizija tgħarraf lin-nies permezz tal-midja f'każ li hemm ħajja ta' tifel jew tifla fil-periklu għax ikunu inħatfu jew intilfu.
Fil-ġimgħa tal-Jum Internazzjonali ta' Tfal Nieqsa, li jiġi ċċelebrat fil-25 ta’ Mejju, Amber Alert Europe qed tippubblika rapport bl-istatistiċi tal-2016. Matul dik is-sena, inħarġu 16-il Amber Alert fir-Repubblika Ċeka, 7 fil-Greċja, 4 fi Franza u waħda f’Ċipru. B’kollox, Amber Alert Europe mmarkat 3,536 tifel u tifla nieqsa fi 22 Stat Membru tal-Unjoni Ewropa u fl-Iżvizzera. 73% ta’ tfal mitlufa nstabu f’xahar wara li ġew irrapportati nieqsa.
Ir-rapport tal-2016 juri nuqqas ta' konsistenza madwar l-Ewropa fil-publiċità ta' tfal nieqsa, 
Għalhekk, Amber Alert Europe ssejjaħ għal iktar konsistenza u ċarezza fit-tixrid ta' informazzjoni dwar tfal mitlufa permezz tal-midja.

Ritratt: The Mike Church Show

No comments:

Post a Comment