best deal

Wednesday, 31 May 2017

Aħna xorta waħda kburin bik Destiny!



Ilbieraħ filgħaxija l-kantanta Maltija Destiny Chukunyere kantat fis-serata tas-semi finali ta' Britain's Got Talent fir-Renju Unit, imma sfortunatament ma rnexxilhiex tgħaddi għall-finali ta' din il-kompetizzjoni prestiġjuża.
Għal dan is-semi finali Destiny kantant id-diska popolari Respect, ta' Aretha Franklin u kisbett rispett kbir mill-ġurija u mill-udjenza wara li kantat b'mod stupend.

Uħud mill-kummenti kienu li Destiny għandha talent li tant hu tajjeb li żgur ġej min Alla. Lil Destiny qalulha wkoll li hu fid-destin tagħha li ssir 'Star' f'din l-industrija. Destiny tant dehret kunfidenti tkanta l-kanzunetta, li saħansitra f'wieħed mill-kummenti qalulha li d-diska għamlitha tidher bħal li kieku kienet kanzunetta faċli li verita kulħadd jaf li il-kanzunetta li għażlet mhux waħda faċli xejn.

Il-famuż Simon Cowell ma setax jonqos milli jikkummenta fuq il-prestazzjoni ta' Destiny, u qal li kieku kien produttur ta' record label kien jaqbad u jiftħilha kuntratt miegħu. Simon għalaq il-kummenti tiegħu billi qal lil Destiny li l-vuċi tagħħa hija eċċezzjonali.

Sfortuntament l-avventura ta' Destiny kellha tintemm hawnhekk għaliex illum il-ġurija kienet l-udjenza tad-dar u ma kellhiex biżżejjed voti biex tgħaddi għal-livell li jmiss, però kulħadd kburi b'dan ir-riżultat tant sabiħ.

Prosit Destiny! Aħna kburin bik!

No comments:

Post a Comment