L-Eċċellenza
tiegħu Monsinjur Charles J. Scicluna, iben Emanuel u Maria Carmela, twieled
f’Toronto, il-Kanada, nhar il-15 ta’Mejju 1959.
Fis-6 ta’ Ottubru
2012, Mons. Scicluna ġie nnominat bħala Isqof Awżiljarju ta’ Malta. Ġie kkonsagrat
Isqof fl-24 ta’ Novembru 2012 u fit-28 ta’ Novembru 2012, tħabbret il-ħatra
tiegħu bħala membru tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi fil-Vatikan.
Wara r-riżenja
ta’ Mons. Pawlu Cremona O.P minn Arċisqof ta’ Malta, il-Papa Franġisku innomina
lil Mons. Sciclua bħala amministratur Appostoliku sede vacante, bis-setgħa li jmexxi l-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Fis-27 ta’ Frar
2015, Mons. Scicluna nħatar Arċisqof ta’ Malta mill-Papa Franġisku.
Sors: The Church in Malta
Kitba u riċerka: Gino Tanti
No comments:
Post a Comment