
Il-grupp ta' tliet tenuri żgħażagħ Taljani bl-isem ta' Il Volo se jiġi Malta għal kunċert fit-8 ta' Ġunju li ġej.
Hija tradizzjoni ta' dan il-grupp li meta jkun sejjer għal kunċert f'pajjiż jagħmel filmat bħal dan. Dan il-filmat ittella' fuq il-paġna Il Volo Malta, li f'Diċembru li għadda kienet diġà ħabbret il-kunċert li se jsir f'Malta ftit ġimgħat oħra.
Din hija t-tieni darba li l-grupp se jiġi Malta. L-ewwel darba kien ġie sentejn ilu, fl-2015.
Il-grupp huwa magħruf l-aktar għall-kanzunetta Grande Amore li kienu ħadu sehem biha fil-Eurovision tal-2015.
Ara l-filmat hawn taħt:
No comments:
Post a Comment