Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta' Ronnie Cocks fl-età ta' 73 sena.
Aħna tkellimna ma' Ronald Cocks, li huwa iben Ronnie, u qalilna: "Missieri kien raġel tal-familja, umli u ta' rispett kbir. U kien ġeneruż u maħbub minn kulħadd."
Is-suċċess ta' Ronnie Cocks fix-xena sportiva ġie rikonoxxut b'għadd ta' unuri li huwa rebaħ matul iż-żminijiet, fejn fosthom kien ingħata l-premju tal-aqwa plejer tas-sena.
It-tim ta' Xarabank kien għamel ukoll Bijografija dwar Ronnie Cocks u tista' taraha sħiħa hawn taħt:
No comments:
Post a Comment