Il-Ġimgħa li għadda ftit ħin qabel ma beda d-dibattitu bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, fuq Facebook kien qed idur filmat li fih iż-żewġ kapitijiet imsemmija, il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-Ministru bla Portafoll Konrad Mizzi sfaw protagonisiti f'arena tar-
wrestling li kienet imdawra bil-
logo l-antika ta' Xarabank.

Xarabank tkellem ma' Darren Michael Navarro, il-moħħ wara din il-parodija, u magħna jispjega li kienu l-parodiji li saru b'rabta mal-elezzjoni tal-Amerika li ġietu l-idea li jagħmel waħda. Jgħid: "Dawn il-parodiji bejn Donald Trump u Hiliary Clinton kienu għamlu
hint kbir tant li dehru anke f'xi programmi. Dawn il-parodiji jsiru għal kull elezzjoni fl-Amerika u għedt ħa nipprova nagħmel waħda."
Darren kellu biċċa xogħol kbira mhux ħażin u jispjegalna kif għamilha: "Kelli nsib ritratti tagħhom li jkunu ċentrali minn quddiem, imbagħad editjathom bil-
photoshop, tellajtu mill-
internet għall-
internet tal-logħba tar-
wrestling u minn hemm bnejt il-mudell u l-wiċċ tagħha."
Dan il-filmat tant huwa tajjeb li mar viral u Darren jispjega li filwaqt li kellu reazzjoni tajba miż-żewġ naħat, f'jumejn u nofs rawh 50,000 persuna!
Ara l-filmat hawn taħt:
No comments:
Post a comment