best deal

Sunday, 14 May 2017

BIL-FILMAT: Malta tikseb it-2 post fl-iSchoolovision


L-Iskola Primarja ta' Dun Ġorġ Preca tal-Ħamrun tikseb it-tieni post fl-iSchoolovision,


Xarabank tkellem mas-Surmast tal-iskola, David Caruana, li jispjega li "kull sena fl-istess żmien tal-Eurovision Song Contest, il-pajjiżi li jieħdu sehem f'dan il-festival jipparteċipaw fl-iSchoolovision Song Contest." Jgħid li "jkun hemm ammont kbir ta' skejjel minn pajjiżi differenti fl-Ewropa u kull skola tipproduċi d-diska tagħha bil-mużika, kliem u filmat tagħha stess."

Jgħid li "fl-aħħar ikun hemm kompetizzjoni li fiha, it-tfal minn kull pajjiż jivvutaw għall-aktar diska li togħġobhom. " B'sodisfazzjoni jispjega li "din is-sena Malta ġiet it-tieni post minn għoxrin pajjiż." Filwaqt li fl-ewwel post ġiet Spanja b'214-il punt, Malta ġiet it-tieni b'207, segwita mill-Ukrajna b'191 punt.

Kif jidher fil-filmat t'hawn taħt, il-filmati nġibed f'inħawi differenti ta' Malta fosthom l-Imdina u Golden Bay, u b'ħeġġa kbira kantaw għal din il-missjoni mużikali. L-entużajżmu tat-tfal ma baqax biss għall-ġbid tal-filmat imma żdied malli saru jafu li ġew it-tieni post. Fil-fatt David jiddeskrivi l-atmosfera li kien hemm fl-iskola dalgħodu u jistqarr li "anzi kkalmaw issa għax dalgħodu kienu qed jiġru bil-bnadar ta' Malta, jgħajtu Malta, Malta u Malta." Iżid jgħid li fl-iskola kien hawn kommossjoni pożittiva ħafna għaliex il-votazzjoni saret dalgħodu bil-webcams fl-iskejjel. Fil-fatt l-andament u l-qari tal-voti saru bl-istess mod tal-Eurovision Song Contest!

L-iskola tal-Ħamrun ħadet sehem bid-diska Time Expedition u tista' tara l-filmat hawn taħt:








No comments:

Post a Comment