best deal

Monday, 29 May 2017

BIL-FILMAT: Meta Trump iltaqa' mal-Papa Franġisku....


L-Erbgħa filgħodu l-President tal-Istati Uniti Donald Trump iltaqa' mal-Papa Franġisku u f'din il-laqgħa ġraw ħafna affarijiet kemxejn partikolari li għamluha waħda indimendikabbli.


Din mhijiex l-ewwel darba li l-Papa Franġisku ltaqa' ma' mexxej ta' pajjiż kif tistgħu tobsru. Kif juru biċ-ċar ir-ritratti li ġejjin, il-Papa Franġisku dejjem irnexxielu jfaqqa' xi tbissima sabiħa bħalma jaf jagħmel hu.

Hawnhekk meta l-Papa ltaqa' mal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel...

Ritratt: Catholic Herald

U hawn meta ltaqa' mal-President preċedenti tal-Istati Uniti, Barack Obama...

Ritratt: CNN
Imma meta l-Papa Franġisku ltaqa' mal-President Russu Vladimir Putin kien kemxejn differenti mir-ritratti li rajna s'issa ħa npoġġuha hekk...



Bħalma jgħidu, fil-ħajja ma tistax taħrab mill-emozzjonijiet u naħseb li l-Papa Franġisku lanqas jekk prova jagħmel hekk, ma kien se jirnexxielu l-Erbgħa li għadda għax wiċċu kixiflu kollox:

Ritratt: EVAN VUCCI/AFP/Getty Images
Il-ġurnata mill-ewwel turik u hekk bdiet l-għodwa tal-Erbgħa għax hekk kif Donald Trump wasal il-Vatikan, huwa ġie milqugħ mill-Arċisqof Ġermaniż Georg Gänswein li malli daħlu fil-lift qallu: "Dan il-lift mhux bħat-Trump Tower ta' New York."




Bħalma naħsbu li intom tafu, il-Papa Franġisku u Trump ma jaqblux fuq diversi kwistjonijiet fosthom fuq it-tibdil fil-klima u li ma taqtgħux x'tah lil Donald Trump bħala rigal fost oħrajn; ittra episkopali li tiddeskrivi li l-għala d-dinja għandha tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima! Il-ħaġa ironika hija li wara l-Papa tah il-kotba u l-ittri, Donald Trump qallu: "Se naqrahom."

Ritratt: CNN
Però s-sorpriżi f'din iż-żjara baqgħu ġejjin għaliex meta ltaqa' ma' mart Donald Trump, Melania, il-Papa qalilha jekk tmatux xi kejk popolari Slovak magħruf bħala 'potizia', imma l-biċċa l-kbira hi li Melania ħasbet li qed jirreferi għal pizza u tant kemm kienet ċerta minn dak li fehmet li weġibtu: "Pizza, iva."



Sal-aħħar nett l-istejjer baqgħu jinkitbu għaliex qabel ma telqu, Melania ddeċidiet li ssellem lill-Papa Franġisku bil-Franċiż billi qaltlu: "Au revoir". Tgħid nesiet li qiegħda l-Italja u mhux Franza?

Araw ftit iż-żjara sħiħa f'dan il-filmat:

No comments:

Post a Comment