best deal

Monday, 15 May 2017

BIL-FILMAT: Peter isir missier u deher fuq Canale 5

Ritratt: Peter Caruana
Jekk inti wieħed minn dawk li tħobb tara l-istazzjonijiet Taljani issa biċ-ċans li tara lil Peter tat-teleshopping li ftit tax-xhur ilu sar missier ta' 47 sena.

Tletin sena ilu, grazzi għall-kumpanija li kien jaħdem magħha bħala store manager, Peter qabad din il-karriera. Ma' Xarabank Peter jirrakkonta kif id-direttur tal-kumpanija kien mar f'xi fiera fl-Istati Uniti u minn idea li ġietu mit-televiżjoni, avviċinah u qallu, "Inti għal fuq it-televixin." Peter jistqarr li dak il-ħin qal, "Dan x'inhu jgħid?" u minn hemm bdiet it-triq li waslitu għal dan il-punt tant kruċjali fil-karriera tiegħu.

Jispjega l-ewwel darba li mar ibigħ prodott fuq it-televixin u jgħid li "l-ewwel prodott li kont mort bih kien chinese wok  u dan beda jċekċek, jiena bdejt nitriegħed u lanqas kont naf x'se naqbad ngħid." Madankollu d-direttur tiegħu kellu fiduċja fih u jistqarr li huwa "kien deherlu illi kont se nkun tajjeb biex nagħmel it-teleshopping u fil-fatt kien veru." Jistpjega li kif mill-iżbalji kien jitgħallem u dejjem jirranġa biex "issa li għaddew ħafna snin, ġejt kif ġejt illum."

Peter jieħu din il-professjoni b'serjetà kbir u fil-fatt jipprova kull prodott qabel ma jbigħu fuq it-televixin. Iżid jgħid li "jekk ma nipprovahx jiena, jipprovawh il-familja tiegħi u l-ħbieb." Jgħid li "d-dar għandna ħafna prodotti li nibgħ jiena u ħafna minnhom inġorrhom miegħu jekk immur xi mkien."

Imma Peter kif spiċċa fuq l-istazzjonijiet Taljani? Huwa jirrakkonta kif matul dan iż-żmien kien ikollu xi laqgħat, fosthom mal-ħbieb tiegħu Taljani, u darba fost oħrajn huma raw it-teleshopping tiegħu. Jispjega kif l-impatt li jħalli huwa fuq in-nies kienet dik li laqtithom u huma "mhux li baqgħu skantani imma għoġbithom ħafna l-aggressività illi nbigħ biha jiena u kif nispjega, għax jiena f'moħħi jkolli dak il-ħin stess dak li n-nies jistgħu jistaqsuni fuq il-prodott u jiena nirrispondi dawn il-mistoqsijiet minkejja li ma jsaqsini ħadd."

Ritratt: Peter Caruana
Jispjega kif wara "ġiethom l-idea illi nibda nirrekordja prodotti għall-Italja." Jgħid li kif huma spjegawlu li "meta wieħed jitkellem bit-Taljan u ma jkunx Taljan, xi żbalji se jkun u b'hekk it-Taljani li qed jisimgħu mid-dar ħa taqbadhom iktar kurżità u jgħid ħa naraw x'inhu jgħid." Iżied jgħid li "pprovajna test ix-xahar li għadda fuq Antenna Sicilia u fuq Telecore, mort hemmhekk, irrekordjat u qed nidher hemmhekk fuq it-televiżjoni." Filwaqt li jispjega kif intlaqa' tajjeb ħafna, il-ħbieb tal-ħbieb tiegħu jittrażmettu fuq Canale 5 li minkejja mhijiex faċli, bagħatu t-test ta' dan il-prodott, għadda u issa se jibda jidher fuq wieħed mill-istazzjonijiet prinċipali ta' Canale 5, Iris. Però l-istorja ma tiqafx hawn għax Peter jiżvela wkoll li "eventwalment se jibda jidher ukoll xi tliet minuti qabel l-aħbarijiet fuq Canale 5."

Għal dan kollu, Peter jistqarr li "hija xi ħaġa li ferħan ħafna biha u nisperaw li ovvjament immorru tajjeb." Jispjega wkoll li l-bejgħ qed jirnexxi u jgħid li "r-rispons huwa tajjeb ħafna għax tbigħ lill-eluf kbar ta' nies u fuq Canale 5 tbigħ fuq miljun prodott għax jarawh ħafna nies." Jistqarr li "l-ħbieb u l-familjar tiegħu, ovvjament huma kuntenti li rnexxieli nagħmel dan il-pass."

Peter ta' 47 sena, f'Ottubru li għadda, sar għall-ewwel darba missier. Jistqarr li "Stephanie Joy hi għal qalbi ħafna għax dejjem kont inħobb it-tfal u issa ġiet din it-tarbija." Filwaqt li jirringrazzja lill-partner tiegħu Ilona, jistqarr li "lanqas nista' nispjega x'għandi u fil-fatt meta nibda nitkellem jaqbiżli d-dmugħ għax hija xi ħaġa fenominali." Iżid jgħid li "lanqas kont naf li t-tfal x'ferħ jagħtuk, meta ma tkun tesperjenzax ma tkunx taf, però issa naf x'ferħ jagħtuk it-tfal, ibiddlulek ħajtek u ma tibqax tirraġuna, għall-inqas jiena m'għadnix nirraġuna." Jistqarr ukoll li "ilni nistenna u fl-aħħar waslet, u fejn is-soltu nimla u naf xi ngħid bil-kliem, hawn neħel."

Ritratt: Stephanie Joy
Ara l-intervista f'dan il-filmat t'hawn taħt:

No comments:

Post a Comment