![]() |
Ritratt: Żaren tal-Ajkla |
Dalgħodu l-pjazza ta’ Ħal Għaxaq ħadet xejra kemxejn differenti hekk kif din kienet mimlija b’mijiet ta’ nies jisimgħu u jappoġġjaw lill-Kap tal-Partit tal-Ajkla, Żaren Bonnici.
Filwaqt li ma naqasx il-briju min-nies preżenti, spikka wkoll id-diskors ta’ Żaren fl-ewwel mass meeting f’din il-kampanja elettorali.
Wara d-diskors
tiegħu, Xarabank tkellem ma’ Żaren li spjegalna li “nħossni kburi li qed
nagħmel l-ewwel mass meeting tal-elezzjoni u issa qis li l-Maltin tat-tielet
distrett u l-Għawdxin jivvutaw għall-Partit tal-Ajkla.”
Filwaqt li tenna
wħud mill-proposti li kien ħabbarhom fl-intervista li saret minn Mark f'Xarabank il-ġimgħa li għaddiet, Żaren iħabbar li “lest lill-ħabsin nagħtihom xahar maħfra fis-sena.” Jispjega li kieku jingħata l-fiduċja fl-elezzjoni li jmiss liż-żgħażagħ
li jlestu mill-iskola jmorru jirreġistraw bħal ħaddieħor imma lest li jagħtihom allowance ta’ €40 fil-ġimgħa biex
ikollhom il-flus għas-Sibt u għall-Ħadd, “mhux imorru jitolbu lil ommhom u lil
missierhom li ħarġu daqstant flus.”
Proposta oħra li
ħareġ il-Partit tal-Ajkla tittratta lid-dilettanti tal-karozzi u jsostni “li hemm bżonn li nagħmlulhom fejn isuqu. La l-Gvern Laburista u lanqas il-Partit
Nazzjonalista ma kellu ħila jagħmilha u jekk nitla’ jien lest li
nagħmilhielhom.”
Żaren jagħlaq
il-kumment tiegħu b’messaġġ pożittiv u jistqarr li “jitla’ min jitla’ fil-Gvern,
bħalma żammmejt il-kalma jien, għandhom iżommuha huma għax dak li qed nagħmel
jien, li nżomm il-pajjiż kalm, ħadd mhu qed jagħmilha. Jalla li jitla’ min jitla’ ma
jkunx hemm inkwiet għax bl-inkwiet ma tieħu xejn. Aħna Maltin, aħna demm wieħed
u jitla’ min jitla’ għal Malta kollha jitla’.”
Ara l-filmat hawn taħt:
Ara l-filmat hawn taħt:
No comments:
Post a Comment