Għall-mamà ta' Martin Gafa, Jum l-Omm tal-bieraħ ġab ħafna tingiż, u forsi xi ftit uġigħ ukoll, imma mid-dehra xejn ma ddejqet!
Martin huwa tattoo artist u għall-Jum l-Omm offra lil ommu biex bħala rigal ipinġilha tattoo fuq daharha. U r-rigal għoġobha!
"Ridt nagħtiha rigal li huwa ikbar isbaħ minn fjuri jew pendent," qalilna Martin meta tkellimna miegħu. "Ridt nagħtiha rigal li jibqa' magħha għal għomorha."
![]() |
Martin ipinġi t-tattoo fuq ommu lbieraħ |
It-tpinġija hija nofs bukkett fjuri u nofs farfett u dam jagħmilha xi nofs siegħa, qalilna.
Din ma kinitx l-ewwel tattoo li għamlet omm Martin. L-ewwel waħda kien pinġihielha 9 snin ilu, meta kien għadu jibda jpinġi u kienet staqsietu biex jagħmlilha tattoo żgħira.
Imma kos hux? Dan huwa rigal li biex tahulha kellu jniggiżha, u huwa rigal li se jibqa' magħha għal għomorha kollu, imma xorta ma tistax tarah!
"U le taraha xorta ta! Għax pinġejthielha bejn spallitha u daharha," qalilna Martin bi tbissima. "U mbagħad jekk ma tarahiex dejjem hemm il-mera!"
No comments:
Post a Comment