![]() |
Ritratt: Alashia u Nirvaia |
Dan huwa l-kliem ta' Nirvaia Bonnici, il-kuġina ta' Alashia Azzopardi; it-tfajla ta' 12-il sena li tilfet ħajjitha traġikament wara li nhar l-Erbgħa li għadda kienet involuta f'inċident tat-traffiku f'Bormla.
Aħna tkellimna ma' Nirvaia u qaltilna li minkejja li Alashia kienet il-kuġina tagħha, kienet tqisha bħala oħtha.
"Lil Alashia niftakarha tifla kuraġġjuża ħafna u ma taqta' qalbha qatt," qaltilna bid-diqa l-kuġina tagħha.
"Lil Alashia niftakarha tifla kuraġġjuża ħafna u ma taqta' qalbha qatt," qaltilna bid-diqa l-kuġina tagħha.
Nirvaia tirrakkonta li dak il-lejl qamet maħsuda u ċċekkjat il-mobile, għax bħal donnha qalbha ħebbritha li ġara xi ħaġa. "Kif ftaħt il-mobile nara ħafna messaġġi mingħand iz-zijiet u l-ħbieb ta' Alashia u bdew jistaqsuni kif inhi." Tispjega kif għall-ewwel ma kinitx taf għal xiex qed jirreferu u kif daħlet fuq Facebook rat l-aħbarijiet. Minn hemm Nirvaia marret tiġri ma' ommha l-isptar.
Meta Nirvaia daħlet l-isptar sabet lill-familjari kollha jibku fuq xulxin u mill-ewwel indunat li kien hemm xi ħaġa serja. Meta tkellmet magħna ddeskriviet il-mument meta rat lil kuġintha fl-aħħar ħin ta' ħajjitha.
"Kif qalulna li nistgħu nidħlu narawha, jiena ma ċċaqlaqtx minn ħdejha u bdejt nipprova nqajjimha kif qajjimtha ġurnata qabel għall-iskola."
Imqanqla minn ħafna emozzjonijiet, Nirvaia qaltilna: "ma tlaqthiex minuta minn taħt għajnejja u ksjetha bil-bews." U kompliet, "f'ħin minnhom ħriġt barra biex nikkalma ftit iżda mbagħad ħarġet tiġri ziti u qaltilna biex nidħlu niġru għax kienet waslet fl-aħħar."
Dak il-ħin, Alashia gawdet l-aħħar mument li kellha flimkien ma' kuġintha qabel ma s-siparju ta' ħajjitha ngħalaq u fetaħ ieħor dejjiemi.

No comments:
Post a Comment