![]() |
Ritratt: Suki |
Aħna tkellimna ma' Alison, sidt Suki (il-kelba) li tirrrakkontalna kif bħalma tagħmel kull filgħodu, ilbieraħ marret mixja mal-kelba tagħha.
Tispjega li malli daru l-kantuniera, rat żewġt irġiel tal-Animal Welfare li malli lemħithom ħasbet li kienet se tiltaqa' ma' xena ta' xi kelba mtajra iżda dawn avviċinaw lilha. Alison tgħid: "Dawn ħarsu lejja u lejn il-kelba u qishom tħassbu naqra, u qaluli jekk il-gaġġa ta' fuq il-bejt hijiex tiegħi." Filwaqt li qaltilhom iva, qalulha li kienu rrapportawha fuq moħqirija tal-annimali. Madankollu Alison tispjega: "huma u jitkellmu bdew iħarsu lejn din il-kelba rieqda f'idejja u bilkemm ma kinux diġà qed jidħku." Spjegawlha kif ma kellhiex għalfejn tinkwieta u kif kienu diġà ħarġu l-ġirien tagħha li qalulhom: "Jekk hawn xi ħadd li żgur mhux se jaħqar l-annimali hija Alison għaliex saħansitra tiġborhom mit-triq u jekk ma jkunux tagħha xorta tara x'se tagħmel biex tgħin."
Dak il-ħin Alison tgħidilna li bdiet taħseb li minħabba li ħafna nies jafuha bħala persuna li tħobb l-annimali, ipprovaw jagħlqulha ħalqha imma tgħidilna li tal-Animal Welfare assigurawha li kien każ ġenwin. Fil-fatt Alison issostni: "Ma nagħtix tort lil min irrapportani għax meta taraha minn barra, ma tindunax li l-gaġġa mhijiex magħluqa."
![]() |
Ritratt: Suki u Alison |
No comments:
Post a Comment