L-attur u
tenur Malti Oreste Chircop twieled il-Ħamis, 26 ta’ Lulju fil-Ħamrun. Kien il-ħames
minn familja ta’ għaxra. U miet bħal-lum 19-il sena ilu.
Irrealizza il-kapaċitajiet
tiegħu waqt li kien ikun fix-xelters fi żmien il-gwerra. Ħa l-lezzjonijiet
għand it-tenur Nicolo Baldacchino u iddebutta fil-Cavalleria Rusticana.
Fl-1948
iltaqa’ mal-baritonu Malti Joseph Satariano li inkoraġġieh jibda karriera
fl-Ingilterra. Oreste sema’ minnu u fl-1950 mar l-Ingilterra fejn kellu diversi
partijiet ewlenin fostom fir-Royal Opera House – Convent Garden bħala d-Duka
fir-Rigoletto.
Fl-1956
intrabat b’kuntratt biex ikanta fil-parti ewlenija fil-film The Vagabond King
bħala Francois Villon. Dan kien film mużikali Amerikan ibbażat fuq il-play If I Were a King.
The Vagabond King dam jidher għal diversi snin bla kulur, jiġifieri black & white, u kien
innominat għall-aħjar direzzjoni artistika fl-Oscars.
Dan huwa t-trailer ta' dak il-film:
Fl-1958 Oreste Chircop irritorna lura Convent Garden u irtira mill-kant fis-sena 1960 fl-eta’ ta 37
sena.
F’Hollywood, Oreste Chircop iltaqa’ ma bosta nisa sbieħ. Saħansitra l-artista Rita Moreno ġiet Malta tliet darbiet apposta għax riedet tiżżewwġu!
Imma Oreste ried
jiżżewweġ mara Maltija! U fil-15 t’Awwissu tal-1963 iżżewweġ lil Therese – tfajla Maltija, u flimkien kellhom żewġt ibniet – Anita u Susan.
Ara hawnekk
l-appuntament li kien ikollu Oreste kuljum:
Oreste Chircop irtira mill-karriera brillanti tiegħu fl-età żgħira ta’
37 sena biex jiffoka fuq il-familja u fost ħafna qlajjiet, ir-raġuni propja għall-irtirar tiegħu kienet għax kellu problemi f’qalbu u kien jiġi mwissi mit-tobba
sabiex ma jibqax ikanta għax kien qed jirriskja li jtih xi attakk u jmut zopptu fuq il-palk. Għalekk,
The Vagabond King kellu jkun l-ewwel u l-aħħar film ta’ Oreste Chircop.
Oreste
Chircop miet il-Ħadd 10 ta’ Mejju 1998 fl-eta’ ta 74 sena, bħal-lum 19-il sena
ilu.
Kitba u Riċerka: Gino Tanti
Kitba u Riċerka: Gino Tanti
No comments:
Post a Comment