Jekk bħalissa qed tgħix barra minn Malta jew taf lil xi ħadd li qed jgħix barra minn Malta, dan huwa x'għandek tagħmel biex tivvota fl-Elezzjoni Ġenerali tat-3 ta' Ġunju.
L-Air Malta qed tipprovdi biljett bir-ritorn għal €90. Biex tgawdi minn din l-offerta trid tiġi Malta bejn l-24 ta' Mejju u 3 ta' Ġunju u trid tmur lura bejn it-3 ta' Ġunju u 7 ta' Ġunju.
Ovvjament, din l-offerta jistgħu jibbenefikaw minnha biss dawk il-persuni li huma eliġibbli li jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali! Imma jekk int miżżewweġ jew miżżewġa lill-barranin, jew qed tistudja jew qed taħdem barra, jew forsi għaddej minn trattament mediku barra minn Malta, jew forsi qed tieħu ħsieb lil xi ħadd minn dawn il-persuni, din l-offerta hija għalik.
Tista' wkoll tagħżel li tivvota ġimgħa qabel, jiġifieri fis-27 ta' Mejju, u biex tagħmel hekk trid tapplika fl-Uffiċċju Elettorali, li qiegħed fil-binja Evans, il-Belt.

Il-bookings tat-titjiriet jistgħu jsiru billi ċċempel fuq (+356) 25991230. Iċ-ċentru se jkun miftuħ bejn it-Tnejn u s-Sibt mit-8:00am-09:00pm, u l-Ħadd mit-8:00am-05:00pm, mill-Ħamis 4 ta' Mejju fit-08:00am.
Ritratt: FivePrime.org
No comments:
Post a Comment