Il-Kap tal-Partit
Nazzjonalista Simon Busuttil isostni li r-raġuni li Joseph Muscat temm ħesrem
il-Gvern tiegħu wara biss erba’ snin hija għaliex f'pajjiżna ninsabu fi stat ta' instabbilità u
inċertezza.
Filwaqt li jsostni li l-Prim
Ministru qed jibża’ li r-riżultat tal-inkjesta jkun kontrieh, jistaqsi x’se jiġri jekk wara li jirbaħ il-Partit Laburista u r-riżultat tal-inkjesta
jkun kontrieh. Dr Busuttil
jispjega li minflok Joseph Muscat irriżenja u ħalla lil ħaddieħor imexxi floku,
waqqa’ lil kulħadd miegħu u daħħal lill-pajjiż kollu f’elezzjoni bikrija
għaliex spiċċa dahru mal-ħajt. Żied jgħid li dan joħroġ b’mod l-aktar ċar fl-ittra li
ntbagħtet mid-Deputat Laburista Dr Godfrey Farrugia lil Joseph Muscat.
Simon Busuttil
għamel referenza għall-ittra ta’ Dr Farrugia li fiha spjega li l-azzjoni ħażina
ma ġietx irrimedjata f’waqtha u din ħalliet riperkussjonijiet li tefgħu lill-Gvern
Laburista wiċċu mal-ħajt u biha tilef il-fibra morali.
Żied jgħid li huwa
jifhem li n-nies tilfu l-fiduċja fil-politiċi imma jisħaq li hu mhu se
jittradixxi lil ħadd. Reġa' sostna li l-għażla tinsab bejn Joseph Muscat u Malta, u
jinsab fiduċjuż li l-poplu Malti u Għawdxi se jagħżel lil Malta.
Dr Busuttil spjega kif se joħroġ tliet programmi elettorali; wieħed prinċipali, ieħor għal Għawdex u ieħor għaż-żgħażagħ. B’referenza għal dak li propona l-Partit Laburista dwar it-tnaqqis tat-taxxa, Dr Busuttil jispjega li din ttieħdet minn proposti li kien diġà ressaq il-Partit Nazzjonalista stess. Jispjega li l-proposti ta’ Dr Muscat ma jindirizzawx il-problema ewlenija imma qiegħed jagħlaq għajnejh quddiem il-korruzzjoni.

No comments:
Post a Comment