Filwaqt li l-maġġoranza tal-pajjiżi tar-Reġjun Ewropew tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qed inaqqsu r-rata tal-imwiet fl-inċidenti tat-traffiku, Malta hija waħda mit-tmien pajjiżi li qed tirrapporta żieda f'dawn il-fatalitajiet.
Waqt ir-raba' Kampanja Globali dwar is-Sigurtà fit-Triq, il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li s-sigurtà fit-triq hija prijorità fl-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostennibbli, għaliex Malta għandha target li sal-2020 trid tnaqqas r-rata tal-inċidenti fatali b'50%.
Għalhekk hija sostniet li jridu jittieħdu miżuri effettivi. Spjegat li filwaqt li ħafna drabi nispiċċaw niffukkaw l-isforzi tagħna fuq kwistjonijiet marbuta max-xorb u l-veloċità, sostniet li hemm kawżi oħra li jeħtieġu l-attenzjoni tagħna, bħalma huwa s-sewqan taħt l-effett tad-droga. Qalet ukoll li hemm bżonn ukoll l-istakeholders jaħdmu mat-tfal u ż-żgħażagħ biex iżidu l-għarfien fuq is-sigurtà fit-triq bħala parti mill-kurrikulu tagħhom.

![]() |
Ritratt: Il-President Marie-Louise Coleiro Preca |
Il-Maniġer tal-Violence and Injury Preventation Programme, Dr Dinesh Sethi, mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, qal li li kważi mal-85,000 persuna mietu fl-2013 minħabba l-inċidenti tat-traffiku, u l-maġġoranza tagħhom kellhom bejn 5 u 29 sena.
Qal li l-aktar vulnerabbli huma n-nies li jkunu mexjin fit-triq u ċ-ċiklisti, u fil-fatt 30% tal-inċidenti fatali jinvolvu lil dawn in-nies. Stqarr li għal kull persuna li tmut, 23 persuna jindarbu u 4% minnhom isofru minn diżabilità permanenti.
Spjega kif il-veloċità qawwija hija l-qofol tal-problema tal-inċidenti tat-traffiku. Żied jgħid li biex jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku jridu jinbnew jew jiġu mmodifikati t-toroq biex jinkludu fihom fatturi li jikkalmaw it-traffiku, jiġi stabbilit il-limitu tal-veloċità għall-funzjoni ta' kull triq, jiġi infurzat il-limitu tal-veloċità, tiġi installata teknoloġija marbuta mas-sewqan, u jitkabbar l-għarfien dwar il-periklu tal-veloċità.

Ritratt: Dr Dinesh Sethi |
Dr Charmaine Gauci, id-Direttur tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qalet li fl-2016, f'Malta żdied bil-qawwi n-numru ta' sewwieqa tal-muturi involuti f'inċidenti fatali u kien hemm żieda wkoll fit-tipi ta' ġrieħi. Qalet li l-kliem #SlowDown fil-kampanja #SlowDown #SaveLives tfisser li meta wieħed isuq bil-mod, ikun qed josserva l-limitu tal-veloċità.
Spjegat li jekk tonqos l-medja tal-veloċità b'5%, dan ifisser tnaqqis ta' 30% fin-numru ta' inċidenti fatali li fihom ikunu involuti s-sewwieqa tal-muturi. Qalet ukoll li jekk wieħed isuq bil-mod, ikun qed jevita l-ħabtiet, ikun qed inaqqas il-ħsara kkawżata mill-inċident, u jkun qed jipproteġi n-nies l-aktar vulnerabbli fit-triq.

Din il-kampanja ttellgħet mill-Fond Tara Malou Licardi f'kollaborazzjoni mal-Ministeru tas-Saħħa f'Malta.
No comments:
Post a Comment