best deal

Thursday, 11 May 2017

Tifla ta' 12-il sena titlef ħajjitha


Tifla ta’ 12-il sena tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9:15pm meta seħħet ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq it-Tlett Ibliet.

Karozza minnhom kienet misjuqa minn raġel ta' 46 sena mill-Isla, li ġarrab ġrieħi ħfief. Min-naħa l-oħra, il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn żagħżugħ ta' 20 sena mill-Isla, li kellu miegħu tliet passiġġiera residenti l-Isla wkoll: tfajla ta' 17-il sena, oħra ta' 12-il sena u żagħżugħ ta' 17-il sena. Filwaqt x-xufier u tifla ta' 12-il sena ġarrbu ġrieħi gravi, il-persuni l-oħra sofrew ġrieħi ħfief.
Filwaqt li ssejħu l-pulizija, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-assistenza medika, infetħet inkjesta maġisterjali.
Ritratt: The Malta Police Force

No comments:

Post a Comment