Nhar l-Erbgħa li ġej, lejlet l-Imnarja, il-Kulleġġ ta' San Benedittu ta' Ħal Kirkop se jinbidel f'festa għall-familja kollha, u dawn huma 5 raġunijiet għalfejn għandek tmur hemm dakinhar:
- Għat-tfal se jkun hemm il-logħob u l-isports;
- Għal żaqqek se jkun hemm majjalata;
- Biex iġġib għajnejk wara widnejk se jkun hemm wirja ta' ħafna karozzi li ma tantx tara bħalhom fit-toroq (mis-6pm ’il quddiem);
- Għall-annimali tiegħek, se jkun hemm min iberikomlok (fil-bitħa ta' Ħal Kirkop mill-5pm ’il quddiem);
- U għax il-qligħ kollu ħa jmur għall-ALS Malta!
P.S. L-attivitajiet se jsiru fil-grawnds tal-iskola u fost l-oħrajn se jkun hemm wirja agrarja wkoll. Fost il-karozzi se jkun hemm ukoll karozzi tad-drifting u kull min se jieħu l-annimali tiegħu għat-tberik se jingħata tifkira tal-okkażjoni. Il-majjalata tibda fit-8pm u l-biljetti għall-majjalata jiswew €15 għall-kbar u €5 għat-tfal.
Ritratt tal-faċċata: Gozo News
No comments:
Post a Comment