![]() |
Suldati barra l-istazzjon fiċ-ċentru ta' Brussel, ritratt minn AP/Geert Vandeen |
Ftit tal-ħin ilu stazzjon li jinsab fiċ-ċentru ta' Brussel ġie evakwat wara li allegatament kien hemm attentat ta' attakk suwiċida fl-istess stazzjon. Fuq il-post kien hemm pulizija u suldati li fi ftit ħin irnexxielhom jinnewtralizzaw is-sitwazzjoni u saħansitra jaqbu l-imputat.
Dan l-inċident ħoloq paniku kemmxejn kbir fost dawk li kienu preżenti fl-istazzjon fl-istazzjon għalhekk is-sitwazzjoni dehret li kienet waħda ta' paniku bejn l-individwi li provaw joħorġu 'l barra mill-istazzjon fl-inqas ħin possibli.
Il-Pulizija għalqu l-parametri tal-istazzjon biex b'hekk ikunu jistaw ikomplu jinnewtralizzaw is-sitwazzjoni u ssir l-investigazzjoni meħtieġa.

No comments:
Post a Comment