best deal

Friday, 30 June 2017

Alphaville, Chris Norman u Ira Losco għaż-Żejtun


Min-nhar l-Erbgħa li ġej sal-Ġimgħa, iż-Żejtun se jinbidel f'festa ta' mużika bis-sehem ta' artisti kbar mix-xena lokali u anke internazzjonali.

Għas-sitt edizzjoni, qed jerġa' jittella' l-Hard Rock Cafe Beland Music Festival li se jiftaħ bil-grupp Alphaville, li huwa magħruf għal ħafna diski fosthom Forever Young. Jekk inti tħobb id-diska Living Next Door to Alice, il-Ħamis li ġej għandek iċ-ċans li tara u tisma' lil Chris Norman, li huwa l-kantant tal-grupp Smokie li jkanta din id-diska. Għall-aħħar jum, iż-Żejtun se jagħlaq b'kunċert ta' Ira Losco u dan se jkun l-ewwel kunċert tagħha wara li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest

Għadd ta' artisti oħra se jkunu qed jagħtu spettaklu waqt din il-festa ta' mużika, fosthom il-gruppi Crux, The Crowns u The Travellers. 


F'dan il-festival se jkun hemm ukoll il-Beland Music Contest, li qed ikun organizzat bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u PRS for Music. F'din il-kompetizzjoni se jkunu qed jieħdu sehem Xarulu, WaterWings, Oxygyn, Vinyl Paradise, The Voyage u Relikc li se jkunu qed jikkompetu għall-aqwa esibizzjoni live f'dan il-festival.


Aktar informazzjoni dwar il-Beland Music Festival tista' ssibha hawn







No comments:

Post a Comment