best deal

Wednesday, 28 June 2017

"Beħsiebni mmur ix-xogħol b'tal-linja" - Lee Julian Dimech


Lee Julian Dimech huwa partiċipant ieħor li daħal għall-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-Malta Public Transport. Matul l-isfida, kull parteċipant tana ċ-ċavetta tal-karozza u għal ġimgħa sħiħa l-parteċipanti kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru. Waqt Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi dikjarat rebbieħ ta' din l-isfida, u r-rebbieħ se jieħu miegħu €3,000.


Ma' Xarabank Lee Julian jispjega li filwaqt li ħassu komdu ħafna juża l-karozza tal-linja, f'din l-isfida sab l-okkażjoni li jimxi iktar u ma sab l-ebda problema li jagħmel kwarta jimxi mill-istage għad-dar u kwart oħra lura. Barra minn hekk, Lee Julian jistqarr: "B'tal-linja ma kellix għalfejn naħseb kmieni biex nara fejn se naqbad jipparkja." Iżied jgħid li bil-karozza tiegħu jdum idur u jagħqad, ġieli kwarta u saħanistra anke nofs siegħa biex isib parkeġġ. Isostni: "B'tal-linja l-problema solvuta."



Jidher li Lee Julian għoġbitu din l-isfida u mhux se jiddejjaq juża t-trasport pubbliku: "Beħsiebi nkompliha żgur u se nibda mmur x-xogħol b'tal-linja. Min-naħa tiegħi l-missjoni hija kompluta."



Lee Julian kien surġent tal-Pulizija u jirrakkontalna esperjenza li fiha salva ħajjet persuna oħra: "Kien daħlilna rapport ta' inċident u meta morna fuq il-post sibna bennej mitluq fuq l-art wara li waqgħet bajla li fetħitlu rasu. Minkejja li bdejt nibża' mmissu, qbadt u żammejtlu rasu biex nagħlaqlu l-fetħa. Ġiet l-ambulanza u qaluli li kieku ma żammejtlux rasu kien jiżvina u jmut. Dan il-bennej baqa' grat lejja talli salvajtlu ħajtu."

Nhar il-Ġimgħa f'Xarabank se nurukom l-avventuri li għadda minnhom Lee Julian matul dik il-ġimgħa li għamel l-isfida. U jekk tixtieq li Lee Julian jirbaħ din l-isfida tista' tivvutalu billi ċċempel fuq 52202056 minn linja fissa jew mill-mowbajl. Il-linji huma miftuħin diġà!  Kull telefonata tiswa €0.75c. Importanti li wieħed qabel jieħu permess mingħand is-sid tat-telefown.

No comments:

Post a Comment