Dalwaqt se jibda l-aħħar programm għal din l-iskeda u dan se jkun dwar l-isfida li Xarabank għamel f'kollaborazzjoni mal-Malta Public Transport.
Matul din l-isfida Christopher Borg, Ryan Calleja, Vanessa Calleja, Deanna Camilleri, Victor Cremona, Lee Julian Dimech, Victor Ellul, Romina Geriwa, Carmen Les-Gros u Manwella Schembri tawna ċ-ċavetta tal-karozza tagħhom u għal ġimgħa sħiħa kollha kellhom jużaw il-karozza tal-linja kull fejn imorru. F'Xarabank tal-lejla, xi ħadd minn dawn il-parteċipanti se jiġi ddikjarat rebbieħ ta' din l-isfida u se jieħu miegħu €3,000.
Illejla se nurukom l-avventuri li għaddew minnhom dawn il-parteċipanti matul dik il-ġimgħa li għamlu l-isfida. Jekk tixtieq li wieħed minn dawn il-parteċipanti jirbaħ din l-isfida tista' tivvutalu billi ċċempel fuq wieħed min-numri li qed jidhru ħdejn l-ismijiet tal-parteċipanti hawn taħt. Inti tista' ċċempel minn linja fissa jew minn mowbajl. Kull telefonata tiswa €0.75c. Importanti li wieħed qabel jieħu permess mingħand is-sid tat-telefown qabel iċempel.
Christopher Borg
|
52202051
|
Ryan Calleja
|
52202052
|
Vanessa Calleja
|
52202053
|
Deanna Camilleri
|
52202054
|
Victor Cremona
|
52202055
|
Lee Julian Dimech
|
52202056
|
Victor Ellul
|
52202057
|
Romina Geriwa
|
52202058
|
Carmen Le Gros
|
52202059
|
Manwela Schembri
|
52202060
|
Ritratt: Andrew Borg Carbott
No comments:
Post a Comment