L-għannej Żejtuni Frans Baldacchino, magħruf aħjar bħala l-Budaj, illum jagħlaq 11-il sena mejjet.
F'din il-ġurnata aħna tkellimna mal-kantanta Priscilla Psaila, li flimkien mal-Budaj kienet rebħet il-Festival tal-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Tisimgħu Tissaħħar.
"M'għandux għalfejn jiġi dan il-jum biex niftakar fih. Il-Budaj imlieli ħajti u niftakar fih kuljum, imma llum xi ħaġa speċjali," qaltilna l-kantanta.
Priscilla tirrakkontalna kif iltqagħet mal-Budaj. "Sirt naf lill-Budaj permezz ta' missieri meta kien għad kelli 16-il sena. Dak iż-żmien missieri kien ħareġ bl-idea li nħallat il-mużika moderna flimkien mal-għana u kien kellem lill-Budaj biex jiktibli xi ħaġa."
Tispjegalna kif il-Budaj laqa' l-idea u kien kiteb żewġ kanzunetti u kienet għażlet waħda minnhom u hi għamlet il-mużika tagħha. Minn hemm bdiet it-triq li wasslithom għar-rebħa tal-Għanja tal-Poplu. "Konna ltqajna biex inkantawha flimkien, irrekordjajnieha, u spiċċajna rbaħna il-festival," qaltilna Priscilla.
![]() |

"Lill-Budaj niftakru bħala bniedem ferrieħi u bravu ħafna. Ma kienx biss għannej, kien poeta," tgħid Priscilla.
No comments:
Post a Comment